Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Hibernians jieħdu punt biss kontra Senglea Athletic

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

Senglea Athletic….1

Hibernians………..1

Hibernians u Senglea jieħdu punt kull wieħed f’partita kwieta u nieqsa mill-azzjonijiet, partita li spiċċat fi draw ta 1-1. Żewġt gowls skurjati fl-ewwel taqsima.

Fir-4 minuta kellna penalty għal Hibernians meta Dejan Debono  waqqa’ lil Iriberri fil-kaxxa bir-referee jordna penalty li nkariga minnu Jake Grech u mill-ħdax-il metru ma falliex.

Fit-32 minuta reġgħu kienu Hibernians b’xutt ta’ Iriberri mill-angolu bid-difiża tiddevja għal-corner.

Fis-36 minuta Senglea jġibu il-gowl ta’ draw meta bil-kontrattakk, Texeira baqa’ tiela bil-ballun bid-difiża ma jirnexxiliex twaqqaf lil plejer bil-konkużjoni tiegħu diretta wara Marko Jovicic

Fis-56 minuta Freekick minn Jake Grech dirett fil-baxx ballun jispiċċa f’idejn Matthew Farrugia.

Kienu Senglea fit-63 minuta azzjoni minn Cabral li wassal il-ballun lejn Theodoro viċin il-lasti ta’ Hibernians pero’ waqqaf il-konkużjoni Marko Jovicic.

Baqgħu jinsistu Senglea żewġt minuti biss wara xutt ta’ Cabral bid-difiża ta’ Hibernians tikklerja għal corner.

Fil- 85 minuta Cross ta’ Tabone Desira għal Hibernians u jkun Wemmer daqqa ta ras konlużjoni barra

Fit-88 minuta baqgħu jinsistu Hibernians Dos Santos xutt mill-kaxxa xutt li mar barra;

Referee: Matthew Degabriele

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Il-klabb tal-Premier Senglea Athletic ħabbar li l-kowċ Vladan Tomic ser ikun qed imexxi t-tim għall-kumplament tal-istaġun. Jassistih fuq il-bank ser ikun hemm l-ex player ta’ Rabat, Valletta u Birkirkara Drasko…

Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti tan-nisa ta’ taħt is-16-il sena, illum rebaħ it-tieni partita tiegħu mill-UEFA Youth Girls Development Tournament kontra Ġibiltà bi skor ta’ 2-0. Iż-żewġ gowls ta’ Malta waslu fit-tieni…

Futbol lokali

Hekk kif f’dan tmiem il-ġimgħa ma sarx logħob mill-kampjonati tal-MAFA minħabba l-festi tal-karnival, se nieħdu l-opportunita’ sabiex nagħmlu analiżi ta’ dak li ġara s’issa kemm mill-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni kif ukoll…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Senglea A…..2 St Lucia……..5 L-ewwel azzjoni tal-partita tara lil Santa Lucia imorru fil-vantaġġ meta freekick ta’ Jamie Zerafa bil-ballun fuq ras Bohrer li tefa’ lejn Corriea…

Aktar