Futbol lokali
FILMAT: Hibernians jirbħu u jieħdu tliet punti oħra

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21

HIBERNIANS FC………..2

MOSTA FC ……………….0

B’żewġ gowls fit-tieni taqsima, Hibs żammew il-pass ma’ Hamrun Spartans.

Fit 12-il minuta azzjoni personali mal-linja ta’ Ribeiro Da Silva li baqa javvanza pero fil-pront jimblokka il-goalkeeper Mafoumbi.

Fil-21 minuta pass tajjeb ta’ Michael Mifsud lil Bojan Kajevic, bil-first timer ta’ dan spiċċa ftit barra.

Żewġ minuti wara xutt ċentrali ta’ Johann Bezzina u Calleja Cremona salva bla diffikulta.Fil- 31 xutt insidjuż mid-distanza ta’ Gianluca Sciberras jgħaddi ftit barra.Fid- 39 minuta free-kick ta’ Ribeiro Da Silva u goalkeeper Mafoumbi salva bla diffikulta.

Żewġ minuti mil-ftuħ ta’ tieni taqsima Hibs marru fil-vantagg, jikklerja qasir  Mafoumbi il-ballun spiċċa għand Bjorn Kristensen li b’xutt fil- baxx tefa ġewwa.

Fit-52 minta Hibs għamlu l’skor 2-0, kross ta’ Jurgen Degabriele lejn Andrea Agius li b’xutt għar-rokna għeleb lil Mafoumbi.

F’64 minuta cans għall Hibs li ikkabar l’skor, il-pass ta’ Kristensen lejn Tiago Fonseca bix-xutt minn taht il-lasta jaħbat mil-minduda.Fid 90 minuta xutt fil-baxx ta’ Ayrton Attard , salva Mafoumbi.

Referee : Slobodan Petrovic.

BOV Plejer tal-partita :Bjorn Kristensen ( Hibs).

Formazzjonijiet.

Hibernians FC.

M.Calleja Cremona, F.Apap, L.Almeida, R.Dos Anjos, J.Degabriele( I.Iriberri 75’), B.Kristensen( J.Texeira 88’), D.Vella, Z.C.Grech, A.Agius, R.G.Da Silva( A.Attard 88’), T.A.Fonseca(J.Grech 64’).

Mosta FC.

C.H.Mafoumbi, M.Mifsud, J.Bezzina, C.Failla, G.Sciberras ( L.Vella 80’), T.Farrugia, D.Y.Naah, R.Morisco, A.K.A.Romero( D.Debono 84’0, B.Kaljevic( W.Donkin 55’), J.R.Ekani.

 

Miktub minn...
TVM Sport