Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Hibernians jiskurjaw darbtejn u jegħlbu lil Gudja

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

HIBERNIANS…..2

GUDJA……………0

Minkejja li kellhom lil Andrei Agius u Bjorn Kristensen fost il-players neqsin Hibernians xorta waħda kienu wisq għal Gudja biex b’din ir-rebħa huma telgħu fit-tieni post tal-klassifika.

L-ewwel azzjoni tal-logħba waslet fis-sbatax il-minuta hekk kif free kick ta’ Izquier għadda jħakkek mal-mimduda. Gudja rrispondew fis-27 minuta meta huma pprotestaw għal penalty hekk kif Grioli sab lil Mensah bil-kross tiegħu jaħbat ma’ idejn Attard iżda r-referee ħalla l-logħob għaddej. Hibernians fetħu l-iskor fit-32 minuta meta Tabone Desira tefa’ kross minn fuq il-lemin li sab lil Iriberri b’dan tal-aħħar iniżżel lejn Jurgen Degabriele li b’xutt għar-rokna għeleb lil Debono. Il-Pawlisti komplew jinsistu fuq l-offensiva biex tlett minuta wara Iriberri kellu xutt angolat ikun salvat mill-gowlkeeper ta’ Gudja.

Fis-56 minuta Hibernians irduppjaw l-iskor meta kien Tabone Desira li beda l-azzjoni bil-pass tiegħu jsib lil Degabriele li qassam fid-direzzjoni ta’ Attard bil-kross ta’ dan tal-aħħar jasal għand Iriberri li minn quddiem il-lasta ma’ falliex. Biex għaxar minuti mit-tmiem Degabriele sab lil Iriberri iżda x-xutt tiegħu falla l-mira.

Ikkontrolla din il-logħba r-referee  Fyodor Zammit

Il-player ta’  Hibernians Jurgen Degabriele  ġie vvutat bħala l-BOV Player tal-Logħba

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Sirens ippreżentaw lill-attakkant Wilfried Domoraud, li ngħaqad magħhom mingħand Gzira United. Il-Franċiż kien inġieb f’pajjiżna minn Hamrun Spartans u kien jagħmel parti mill-iskwadra mmexxija minn Giovanni Tedesco. Sirens akkwistaw ukoll…

Futbol lokali

Floriana FC, iċ-champions tal-futbol Malti, ittellgħu biex jilagħbu kontra t-tim popolari Rumen CFR Cluj, fl-ewwel rawnd tal-kompetizzjoni tal-UEFA Champions League tal-istaġun li jmiss. Il-partita se tkun qed tintlagħab f’Malta ftit…

Futbol lokali

Futbol lokali: il-bieraħ logħba ta’ ħbiberija bejn Gżira United u Vittoriosa Stars li ntlagħbet fil-Victor Tedesco Stadium. Rebħa ta’ 4-0 għal Gżira United bil-goals għal Maroons skorjati minn: Jefferson li…

Aktar