Futbol lokali
FILMAT: Kampjonat BOV Premier: Gowl tal-eks Jake Grech isalva l-partita għall-Hibernians

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19

Ħamrun S……….1

Hibernians……..1

Fit 18-il minuta, freekick għall-Ispartans li ngħata minn Triston Caruana u d-daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Carlos Henneberg ġiet imdawra f’korner b’diffikultà minn Marko Jovicic. Fis-27 minuta f’attakk ieħor Ħamruniż, Wilfried Domoraud kompla lejn Caetano Calil li minn pożizzjoni ċentrali xxutja għoli. Żewġ minuti wara, freekick insidjuż li ngħata minn Nemanja Radojevic u Bartolo b’save tajjeb dawwar f’korner. Fil-35 minuta l-Ispartans marru fil-vantaġġ, wara free kick ta’ Triston Caruana, kien pront Kevin Tulimieri li mill-viċin għeleb lil Jovicic. Fl-40 minuta, xutt fil-baxx ta’ Dunstan Vella u d-difiża Ħamruniża timblokka f’korner.

Wara t-8 minuta fit-tieni taqsima, freekick dirett t’Andrei Aguis u Bartolo salva tajjeb. Erba’ minuti wara Manuel Bartolo ħareġ tajjeb fuq Jake Grech u tefa l-ballun f’korner. Fil-15-il minuta, xutt mid-distanza t’Andrei Aguis li spiċċa għoli. Lejn l-aħħar ħinijiet tal-logħba Hibernians tefgħu kollox fuq l-attakk u kien propju 3 minuti fuq il-ħin regolamentari li kisbu l-gowl tad-dro meta Tiago Fonseca tefa taħt il–lasta Ħamruniża, daħal l-eks Jake Grech u mill-viċin tefa l-ballun ġewwa.

Riżultat finali: Ħamrun S. 1  Hibernians 1

Referee: Emanuel Grech

BOV Player tal-Partita: Kevin Tulimieri (Ħamrun Spartans)

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Brandon Cassar, Nickolas Paris u Mattia Calleja huma tliet plejers li jiffurmaw parti mill-iskwadra ta’ taħt it-13-il sena ta’ Fgura United F.C. u li għadhom kif esperjenzaw erbat ijiem taħriġ fi Siena, fl-akkademja…

Futbol lokali

Giovanni Tedesco, l-ex kowċ ta’ Hamrun Spartans FC, mil-lum sar kowċ ta’ Gżira United FC. Tedesco ffirma kuntratt ta’ tliet snin li se jorbtu mal-klabb tal-Maroons sal-istaġun 2021/2022. Fi stqarrija…

Futbol lokali

Il-Gozo Football Association temmet uffiċjalment l-istaġun tal-futbol 2018/2019 bl-avveniment anwali tal-GFA Awards 2018 / 2019, fejn l-assoċjazzjoni ħabbret u ppreżentat l-unuri individwali f’diversi kategoriji ta’ kompetizjonijiet tal-futbol Għawdxi.  L-unuri ewlenin…

Futbol lokali

Roderick Briffa, il-midfielder nazzjonali Malti ta’ 37 sena, se jerġa’ jsir plejer ta’ Birkirkara fis-sigħat jew il-jiem li ġejjin. TVM Sport jista’ jikkonferma li Briffa laħaq ftehim ma’ Birkirkara FC…

Aktar