Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Hibs jikkonvinċu u jibqgħu jisfidaw

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/2020

Hibernians ………….3

Mosta …………………1

Hibernians irreġistraw l-għaxar rebħa staġjonali meta dawru telfa f’rebħa u għelbu lil Mosta bl-iskor ta’ 3-1.

Mosta ħasdu lil Hibernians wara biss seba’ minuti meta marru fil-vantaġġ. Kien kontrattakk veloċi bil-ballun jasal għand Gabriel Aquilina li minn ġol-kaxxa fajjar xutt li għeleb lil Matthew Calleja Cremona.

Reazzjoni tal-Pawlisti fil-15-il minuta meta cross-shot ta’ Jake Grech isib lil Vella attent.

Il-plejer żagħżugħ ta’ Hibernians kien aktar effettiv żewġ minuti wara meta rċieva tajjeb, daħal fil-kaxxa u wiċċ imb’wiċċ quddiem il-gowlkiper żerżaq il-ballun ġewwa.

Fid-19-il minuta, daqqa ta’ ras ta’ Imanol Irriberri għal Hibernians sab lil Vella attent.

Hibs marru fil-vantaġġ fil-31 minuta meta Joseph Mbong seraq ballun lil Rafael Morisco, avvanza, daħal fil-kaxxa u b’xutt fil-baxx ma ħafirx.

Bl-ewwel taqsima tagħlaq b’Hibs 2-1 minn fuq.

Fil-55 minuta frikik ta’ Terence Agius ta’ Mosta spiċċa għoli mil-lasti ta’ Calleja Cremona.

Fit-58 minuta, Mosta spiċċaw b’għaxra min-nies wara li tkeċċa Rafael Morisco li dabbar żewġ karti sofor f’temp ta’ ħames sekondi.

Il-Pawlisti damu jgawdu l-vantaġġ numeriku erba’ minuti biss meta tkeċċa Leandro da Silva wara foul fuq Eric Chaney ta’ Mosta.

Fit-73 minuta iddistingwa ruħu ferm il-gowlkiper żagħżugħ ta’ Mosta Andreas Vella li l-ewwel ħareġ biex isalva fuq Irriberri sabiex imbagħad xejjen għall-korner lob meqjus ta’ Santos Silva.

Fil-75 minuta, Hibs jolqtu l-lasta b’xutt tajjeb ta’ Imanol Irriberri.

Fid-79 minuta, Hibernians issiġillaw ir-rebħa meta kien is-sostitut Timothy Tabone Desira li rsista mal-linja leminija u qassam lejn Imanol Irriberri li f’lasta vojta għeleb lil Vella.

Skor finali: Hibernians 3  Mosta 1

BOV Plejer tal-Logħba kien Joseph Mbong ta’ Hibernians

Referi kien Etienne Mangion

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

L-14-il klabb tal-Kampjonat BOV Premier għandhom opinjonijiet differenti dwar x’għandu jsir mill-Kampjonat BOV Premier f’dan l-istaġun jekk kemm-il darba ma jitkomplix iżda seba’ klabbs qablu fil-prinċipju li dan il-kampjonat għandu…

Futbol lokali

Hekk kif fil-preżent il-kampjonati f’Malta jinsabu wieqfa, huma ħafna dawk li ma jafux x’se jkun id-destin tal-klabbs lokali u x’se jiġri mill-istaġun li ġej. F’dawn il-jiem, beda jiltaqa’ l-Kumitat tas-Social…

Futbol lokali

Il-President tal-MFA Bjorn Vassallo qal li ma jiddependix mill-assoċjazzjoni x’jiġri jekk il-Kampjonat BOV Premier jitwaqqaf fejn hu u ma jitkomplix, iżda trid tkun il-UEFA li taghti d-direzzjoni. Bjorn Vassallo llum…

Futbol lokali

Il-Malta Football Association bdiet tgħin ukoll fil-kawża ta’ kontra l-coronavirus. L-MFA qed twassal messaġġ ta’ solidarjetà, rispett reċiproku u għaqda. Fi stqarrija fuq is-sit uffiċjali tagħha, l-MFA qalet li tinsab…

Aktar