Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Id-difiża ta’ Hamrun Spartans tissupera fuq l-attakkanti ta’ Gżira United

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

GŻIRA UTD………..0

HAMRUN SP……..0

Wara 9 minuti logħob waslet l-ewwel azzjoni tal-partita mit-tim tal- Maroons, kien Nikolai Muscat li għadda il-ballun lil Amadou Samb , dan kompla lejn Jefferson De Assis bix- xutt tal- brażiljan jiġi imblukatt minn Emmanuel Bartolo.

Fil 21 minuta xutt ċentrali minn tarf il-kaxxa l’kbira ta’ Andrew Cohen, salva bla diffikulta Bartolo.Ftit wara corner ta’ Cohen  qajjem xi ftit tal- paniku fid-difiza Ħamruniża bix-xutt finali ta’ Hamed Kone spiċċa barra.Gzira komplew jattakkaw u fit 33 minuta, il-kross mil-lemin ta Kone u daqqa ta’ ras ta’ Jefferson De Assis tispċċa ftit għoli.

Ftit qabel spiċċat l-ewwel taqsima Gzira kienu viċin li imorru fil vantagg  meta Cohen kompla lejn Samb ix-xutt ta’ dan ġie imblukkat minn Bartolo u wara ix-xutt ta’ De Assis ġie imtajjar min fuq il-linja bir-ras minn Mattia Cinquini.

Fit-tieni taqsima il-Maroons komplew jattakkaw u fil 53 minuta xutt ta’ Zachary Scerri ġie imblukkat b’diffikulta minn Bartolo, ftit wara kross fil-baxx ta’ Cohen ma sab lil ħadd min jikkonkludi għall ġewwa.

Fis 68 minuta xutt fil- baxx ta’ Amodou Samb jaħbat ma sieq il-lasta Ħamruniża, il-ballun ġie għand Cohen li xutt tiegħu kien salvat minn Bartolo. Ħames minuti mit-tmien , free-kick dirett ta’ Clayton Failla spiċċa għoli. Gzira baqaw l’aħjar tim fil- ground imma ir-riżultat baqa l’istess.

Referee : Alan Mario Sant.

BOV Player tal partita : Jefferson De Assis ( Gzira Utd).

 

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER  2019/20. Ħamrun Spartans……….1. Senglea Athletic………….0. Gowl ta’ Soufiane Lagzir kien biżżejjed sabiex Ħamrun Spartans jegħlbu lil Senglea Athletic bl-iskor ta’ 1-0 sabiex kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva. Wara…

Futbol lokali

KAMPJONAT GFA 2019/2020 Il-leaders tal-kampjonat Għawdxi Nadur Youngsters irkupraw mit-telfa li ġarrbu fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet u kisbu rebħa ta’ erbgħa b’wieħed kontra Għajnsielem. Nadur daħlu jistrieħu fil-vantaġġ b’gowl…

Futbol lokali

Il-Malta Football Association, illejla se tkun qed tiltaqa’ mal-klabbs tal-Kampjonat BOV Premier, biex tispjegalhom kif se taħdem is-sistema tat-tim Malti fil-kampjonat Taljan tal-Lega Pro minn staġun ieħor. TVM Sport jinsab…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 VALLETTA ……..1 BIRKIRKARA… 4 Valletta sfaw umiljati minn Birkirkara dan wara li fil-logħba prinċipali huma tilfu bl-iskor kbir ta’ 4-1. B’hekk Valletta fallew iċ-ċans li jitilgħu…

Aktar