Futbol internazzjonali
Kampjonat BOV Premier: Illejla tiġi fi tmiemha l-21 ġurnata tal-istaġun

Illejla tiġi fi tmiemha l-21 ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier, bl-aħħar żewġ logħbiet li jintlagħbu fis-Centenary Stadium.

18:00 Senglea Athletic – St Andrews

F’din l-ewwel logħba minn tnejn min-naħa t’isfel tal-klassifika, żġur li ser tkun taqtiegħa taħraq bejn żewġ timijiet li qegħdin jippruvaw jiskansaw dak il-post tal-play-off. Punt biss jifridhom fil-klassifika, u allura bi dro kollox jibqa’ kif inhu, imma jekk kemm-il darba l-Athletic jieħdu t-tliet punti, allura jaqbżu lill-istess St Andrews. Min-naħa l-oħra, jekk is-Saints joħorġu rebbieħa, allura jkabbru d-distakk minn ma’ Senglea għal 4 punti, filwaqt li jistgħu anke jaqbżu lir-Rainbows jekk dawn jiżolqu fil-logħba ta’ wara.

 

20:15 Qormi – Tarxien Rainbows

Fit-tieni logħba, il-Qriema żgur li ser jippruvaw jibnu fuq ir-rebħa ta’ tmiem il-ġimgħa li għaddiet, 2-0 kontra St Andrews. B’dawk it-3 punti, Qormi resqu 4 punti taħt it-tim ta’ Senglea Athletic u allura, ir-riżultat tal-ewwel logħba fis-Centenary Stadium jista’ jitfa’ ċertu pressjoni, kemm fuq ir-Rainbows u anke fuq l-istess Qormi. Tarxien ma jistgħux ifallu jekk iridu jinqatgħu mill-post tal-play-off, u b’rebħa llejla jilħqu lill-Mosta. Imma Qormi issa qed jaraw xi ftit tat-tama li għallinqas forsi jisfurzaw il-play-off u ma jkunux relegati direttament, u b’rebħa għalihom u telfa għal Senglea fil-logħba ta’ qabel, ikun ifisser li allura d-distakk jinżel biss għal punt.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

L-ex stilla Arġentin Diego Armando Maradona kien imwaqqaf l-ajruport ta’ Buenos Aires u aktar tard kien arrestat wara li l-ex maħbuba tiegħu qiegħda tfittxu bil-Qorti. Rapporti li ħerġin mill-Arġentina qegħdin…

Futbol internazzjonali

Tkompli tikber il-probabilità li Antonio Conte jinħatar kowċ t’Inter matul il-ġimgħa d-dieħla, ftit tal-jiem wara li jintemm dan l-istaġun. Inter mistennija jilagħbu l-aħħar logħba tal-istaġun 2018/19 nhar il-Ħadd li ġej…

Futbol internazzjonali

Id-deċiżjoni hija finali. L-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2022 ser tkun bi 32 tim. Id-deċiżjoni kienet komunikata mill-FIFA fejn intqal li wara konsultazzjoni wiesgħa u komprensiva, ġie konkluż li fiċ-ċirkostanzi preżenti, il-proposta…

Futbol internazzjonali

Wara t-tmiem tal-Bundesliga fejn Borussia Dortmund spiċċaw fit-tieni post tal-klassifika, huma ma ħlewx ħin sabiex jibdew isaħħu l-iskwadra għall-istaġun li ġej għaliex fi ftit sigħat ħabbru tliet trasferimenti. L-ewwel trasferiment…

Aktar