X

Kampjonat BOV Premier: Ir-4 ġurnata bejn illejla u l-Ħadd

Story Published

Bejn illejla u nhar il-Ħadd li ġej tintlagħab ir-raba’ ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier. S’issa, it-tim promoss ta’ Sirens flimkien ma’ Senglea A. u Floriana jinsabu fil-quċċata tal-klassifika, kollha b’7 punti, b’Tarxien R. jinsabu fil-qiegħ wara li għadhom ma ġabru l-ebda punt wara tliet logħbiet. Il-programm kollu tal-logħob għal tmiem il-ġimgħa huwa dan:

Illejla – Centenary Stadium

19:00 Mosta – Birkirkara

 

Is-Sibt 21 ta’ Settembru – Stadium Nazzjonali

18:00 Hibernians – Senglea A.

20:00 Balzan – Valletta

 

Is-Sibt 21 ta’ Settembru – Centenary Stadium

18:00 Ħamrun S. – Sirens

20:15 Sliema W. – Gudja UTD

 

Il-Ħadd 22 ta’ Settembru – Stadium Nazzjonali

18:00 Santa Lucia – Tarxien R.

20:00 Floriana – Gżira UTD