Futbol lokali
FILMAT: It-Tielet rebħa konsekuttiva għal Gżira United

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21                                                                                                                     

Tarxien Rainbows…………0

Gżira Utd……………………..2

Fl-ewwel logħba ta’ din il-ġimgħa mill-Kampjonat Premier, Gżira United jakwistaw tliet punti b’rebħa kontra Tarxien Rainbows.

L-ewwel azzjoni tasal mit-tim Tarxiniż fil-5 minuta meta wara xutt milqugħ parzjalment minn Justin Haber, Vito Plut jitfa’ fix-xibka bil-gowl jiġi mħassar hekk kif l-assistent referi ssenjala offside.

Fit-37 minuta ikun Correa b’xutt ċentrali minn barra l-kaxxa b’Jurgen Borg jilqa’ tajjeb. Fl-40 minuta jkun Nikolai Muscat li jikkrossja bid-daqqa’ ta’ ras ta’ Jefferson tgħaddi barra.

Fl-ewwel minuta tat-tieni taqsima jerġa’ jkun Correa li jixxutja, bil-ballun milqugħ mill-goalkeeper Tarxiniż.

Gżira jkompli jippressaw u jerġa’ jkun Jefferson li jixxutja fl-54 minuta bil-ballun jgħaddi qrib il-lasta.

Fil-55 minuta jasal il-gowl għat-tim tal-Gżira meta wara li Jurgen Borg laqa’ tajjeb ix-xutt ta’ Correa, il-ballun jiġi f’saqajn Jefferson, jikkrossja, b’ Nikolai Muscat jitfa’ fix-xibka mill-viċin.

Gżira United jagħmluhom tnejn b’xejn wara li Nevin Portelli iqassam lil Correa u jegħleb għal kollox lil Borg.

FORMAZZJONIJIET

Tarxien Rainbows: Borg Jurgen, Conceicao Filho Carlos, Zarate Bilbao Edison (L. Sciberras 82’), Zerafa Daniel (L. Ferreira 69’), Falzon Darren, Plut Vito, Rosado Eduardo, Paz Ivan Edgardo, Gatt Kyle (J. Debono 82’), Tabone Matthew, Kooh Sohna Raphael

Gżira United: Haber Justin, Bohrer Mentz Gabriel, Borg Steve, Muscat Nikolai, Davis Martin, Portelli Nevi, Maia Maxuell, Mendoza Jackson, Correa Duarte Ricardo, Borg Sacha, De Assis Jefferson (C. Borg 72’)

Referi: Fyodor Zammit

BOV Plejer tal-Logħba: Nicolai Muscat ta’ Gżira United

 

Miktub minn...
TVM Sport