Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: L-ebda gowl u żewġ karti ħomor bejn Żejtun u Balzan

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21

Żejtun C………………....… 0

Balzan…………………..….. 0

L-ebda gowl, ftit emozzjonijiet u żewġ karti ħomor bejn Balzan u Zejtun f’logħba li minkejja l-isforz taż-żewġ naħat ftit ipproduċiet futbol sabiħ. Riżultat ġust fejn balzan kienu xi ftit aħjar fl-ewwel taqsima, iżda Żejtun li, tjiebu ferm fit-tieni parti.

L-ewwel tentattiv wara 14-il minuta bix-xutt fil-baxx ta’ Jalu salvat b’diffikulta minn Cassar. Balzan żammew iktar il-ballun u kienu iktar attivi fl-attakk u fit-28 minuta freekick ta’ Steve Pisani ħabat mal-lasta.

Risposta ta’ Zejtun fit-32 minuta bix-xutt sabiħ ta’ Reid imur ftit barra. Minuta mill-intervall freekick ta’ Dylan Agius bil-goalkeeper ta’ Balzan idawwar għal korner b’diffikulta u mill-istess korner ix-xutt ta’ De Barros ftit għoli.

Fl-aħħar azzjoni tal-ewwel taqsima kien Steve Pisani li mill-viċin xeħet għoli.

Fil-55 minuta azzjoni perikoluża u konfuża fil-kaxxa ta’ Balzan bil-goalkeeper Mintoff jirnexxielu jsalva l-periklu. Zejtun baqgħu xi ftit aħjar fit-tieni taqsima iżda għaxar minuti mit-tmiem daqqa ta’ ħarta għaż-Żwieten meta Pereira Muniz dabbar it-tieni karta safra.

Fid-90 minuta anki Balzan spiċċaw bi plejer inqas meta Kamara wkoll kien muri t-tieni karta safra.

BOV Player tal-LogħbaDiego Albanese – Zejtun Corinthians

RefereeFyodor Zammit

Formazzjonijiet:

Zejtun C – Christian Cassar, Diego Albanese, Lucas Moreira Gama, Dylan Agius, Kemar David Reid (Adrian Carabott 77 min), Marcelo Pereira Muniz, Christian Grech, Fernando Jose Gomes Junior (Gianluca Bugeja 88 min), Ricardo Silva Faria, Neil Tabone, Anderson De Barros

Balzan –  Sean Mintoff, Augustine Loof, Samir Arab, Paul Fenech, Eric Lemond Mc Woods (sean Cipriott 91 min), Steven Pisani, Michael David Johnson, Uros Ljubomirac, Suleiman Jalu, Weverton Gomes Souza (Alfred Effiong 86 min), Moussa Kamara.

Miktub minn...
TVM Sport