Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: L-ewwel rebħa għal Birkirkara u l-ewwel telfa għal Hamrun Spartans

KAMPJONAT BOV PREMIER  2020/21

ĦAMRUN SP………….0

BIRKIRKARA FC…….2

Bl-aħjar wirja tagħhom sa issa dan l-istaġun, B’Kara għelbu lil Ħamrun Spartans bi skor ta’ 2-0.

B’Kara ħarġu tajjeb u wara biss 8 minuti logħob huma marru fil- vantaġġ, korner li ngħata minn Alves Da Paixao, id-daqqa ta’ras ta’ Claudio Bonanni taħbat mal-minduda daħal fil -pront Yannick Yankam li b’daqqa ta’ ras għeleb lil Pablo Sanchez.

Fil 35 minuta azzjoni personali ta’ Alves Da Paixao tispiċċa biex xutt ta’dan jiġi salvat minn Sanchez u minuta wara Ħamrun wieġbu bi free-kick ta’ Guillamier u daqqa ta’ ras ta’ Emerson Marcellina tiġi imdawwra f’korner minn Guarnone.

Żewġ minuti wara Falcone qabeż żewġ difensuri ħamruniżi iżda xutt fil-baxx tiegħu spiċċa mal-lasta wieqfa.Fit 43 minuta xutt destinat għall ġewwa ta’ Franklin Sasere pero difiża kalkariża t’blokka f’korner.

Wara 5 minuti mil-ftuħ ta’ tieni taqsima, xutt b’saħħtu ta’ Francesco Verde pero Pablo Sanchez salva tajjeb.

Fis 57 minuti kross mil-lemin ta’ Guillaumier id-difiza kalkariża tikklerja qasir il-ballun ġie għand Joseph Mbong tefa barra..minuta wara B’Kara għamlu l’skor 2-0 meta Paul Mbong ixxuttja fil-baxx, il-ballun spiċċa għand Federico Falcone li mil- viċin ma falliex.

Fis-76 kross mix-xellug tas-sostitut Darren Borg, Isaac Ntow ikklerja qasir pero minn taħt il-lasta kalkariża Juan Corbolan ixuttja barra.

Ħamrun Spartans.

P.G.Sanchez ,M.Guillaumier, E.J.Mbong, I.Iriberi ( A.Oyama), F.O.Sasere, A.Adeshina Ige ( D.Borg), V.E.Serrano, J.C.Corbolan, K.Micallef, M.J.Barbosa, E.Marcelina.

Birkirkara FC.

A.Guarnone, P.Mbong, R.Briffa, Y.Yankam( K.Zammit), M.R.Alidor, F.Falcone ( A.Camilleri ), F.Verde, C.Attard, C.Bonanni, A. Da Paixao ( L.Montebello), I.T.Ntow.

Referee : Malcolm Spiteri.

BOV pleyer tal- partita :Paul Mbong ( Birkirkara FC ).

Miktub minn...
TVM Sport