Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: L-ewwel rebħa ta’ Tarxien Rainbows tasal kontra Hamrun Spartans

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

ĦAMRUN S…..2

TARXIEN R…..3

Wara biss 7 minuti Ħamrun fetħu l-iskor hekk kif f’kontrattakk mibdi minn Nikolai Micallef dan kompla lejn Soares bix-xutt tiegħu destinat għal ġewwa jitkompla minn Andre Scicluna.

Tarxien ippruvaw iwettqu reazzjoni fejn fit-13 il-minuta xutt minn Veronese wara azzjoni ta’ corner għadda ftit għoli.

Ħamrun kellhom ċans tad-deheb li jirduppjaw meta fl-20 minuta ngħataw penalty wara li Muscat mess il-ballun b’idu fuq xutt ta’ Nikolai Micallef. Iżda mill-ħdax il-metru x-xutt ta’ Ailton Soares kien salvat mill-gowlkeeper Briffa. Fis-26 minuta Tarxien viċin  hekk kif xutt fil-baxx ta’ Andrejic għadda jħakkek mal-wieqfa.

Tmien minuti minn tmiem l-ewwel taqsima Tarxien kisbu l-gowl tad-draw minn azzjoni personali ta’ Aleksa Andrejic li wara li dar ma’ żewġ players spara għar-rokna tax-xibka.

Tlett minuti fit-tieni taqsima u Tarxien imorru fil-vantaġġ. Kien Mambouana li seraq ballun f’nofs il-grawnd qassam lejn Aleksa Andrejic u dan wara li avvanza spara xutt minn tarf il-kaxxa li għeleb lil Bartolo. Fil-55 minuta xutt angolat ta’ Andrejic ġie mblukkat minn Bartolo.

Fl-74 minuta Ħamrun kisbu l-gowl tad-draw hekk kif minn free kick ta’ Cinquini kien Leone li daħal tajjeb li tefa’ fix-xibka. Iżda l-ferħ tal-Ispartans dam biss żewġ minuti meta Andrejic b’xutt sabiħ sab ir-rokna tax-xibka.

Ikkontrolla din il-logħba r-referee Alex Johnson

Il-player ta’  Tarxien Rainbows Aleksa Andrejic ġie vvutat bħala l-BOV Player tal-Logħba

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena mmexxi mill-kowċ nazzjonali Silvio Vella reġa’ rritorna għat-taħriġ tiegħu mill-Ħadd li għadda. Vella sejjaħ skwadra ta’ 30 plejer bi preparazzjoni għall-partiti li t-tim…

Futbol lokali

Il-Player Internazzjonali Maltija Rachel Cuschieri ser tibda esperjenza ġdida hekk kif hi ngħaqdet mal-klabb Taljan ta’ Lazio Calcio Femminile. Fl-aħħar staġuni Cuschieri lagħbet ma’ PSV Vrouwen fl-Olanda wara li kellha…

Futbol lokali

Akkwist ġdid għal Gżira Utd. Il-Kolombjan Camilo Escobar sieħeb lill-Maroons fuq kuntratt ta’ sentejn. Id-difensur xellugi ta’ 25 sena l-istaġun li għadda lagħab ma’ Santa Lucia fil-Premier Malti u fil-karriera…

Aktar