Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: L-għaxar ġurnata tal-istaġun bejn illejla u l-Ħadd

Bejn illejla u nhar il-Ħadd li ġej tintlagħab l-għaxar ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier. Tarxien Rainbows jibqgħu l-uniku tim bla rebħa dan l-istaġun, biss is-Sibt għandhom ċans tajjeb li jieħdu xi ħaġa mill-konfront kontra Gudja United li għadhom ġejjin mir-rebħa fuq Birkirkara t-Tnejn li għadda. Interessanti l-logħbiet tal-Ħadd, fejn tat-tieni post ser jiltaqgħu kontra tat-tielet, Gżira United kontra Sirens, filwaqt li Floriana jmisshom il-logħba iebsa kontra Hibernians. Il-logħob kollu ta’ tmiem il-ġimgħa huwa dan:

Il-Ġimgħa – Centenary Stadium

18:00 Balzan – Mosta
20:15 Sliema W. – Ħamrun S.

Il-Ġimgħa – Hibernians Stadium

19:00 Valletta – Senglea A.

Is-Sibt – Centenary Stadium

14:00 Gudja UTD – Tarxien R.
16:15 Santa Lucia – Birkirkara

Il-Ħadd – Stadium Nazzjonali

14:00 Gżira UTD – Sirens
16:00 Floriana – Hibernians (diretta fuq TVM2)

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA