Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Lija Athletic jirbħu l-isfida bejn it-timijiet tal-qiegħ

KAMPJONAT  BOV PREMIER 2020/21

SENGLEA ATHLETIC.…..1

LIJA ATHLETIC…………..3

Fl-isfida bejn iż-żewġ timijiet li jinsabu fin-naħa t’isfel tal-klassifika, Lija Athletic ħadu rebħa u tliet punti.

Qabel il-partita, il-plejer ta’ Lija, Carl Joseph Cassar ġie ppreżantat bi flokk tal-okkażjoni, għall-100 partita tiegħu fil-football lokali.

Fl-10 minuta, free-kick għal Lija li ngħata minn Gonzalo Virano u tentattiv angulat ta’ Neil Micallef għadda ftit barra.

Fl-24 minuta, Lija marru fil-vantaġġ meta Fernando Brandan ħa ‘loose ball’ minn barra l-kaxxa u fajjar xutt sabiħ li spiċċa fix-xibka.

Iżda żewġ minuti wara, Senglea kisbu l-gowl tad-dro, wara free-kick ta’ Daneel Abela, daħal tajjeb Junior Dibola u b’daqqa ta’ ras għeleb lil Bonnici.

Fit-38 minuta ħarba ta’ Dibola li kkrosja fin-nofs iżda ma sab lil ħadd min jikkonkludi għal ġewwa.

Ħames minuti mill-ftuħ ta’tieni taqsima, Lija reġgħu marru fil-vantaġġ. Kien kross perfett ta’ Carl Joseph Cassar u daqqa ta’ ras ta’ Miguel Jimenez li għelbet lil Farrugia.

Fit-58 minuta, azzjoni personali ta’ Dibola bix-xutt finali tiegħu jaħbat mal-lasta ta’ Lija.

Fil-71 minuta, Lija skurjaw it-tielet gowl tagħhom minn korner mogħti minn Virano u Pedro Gusso b’daqqa ta‘ ras mill-viċin, tefa’ ġewwa.

Referee : Malcolm Spiteri.

BOV Plejer tal-partita : Fernando Brandan ( Lija At.)

Formazzjonijiet.

Senglea At.

M.Farrugia, S.Uyi, Z.Cassar, A.Abela, F.Gnindokponou ( J.Attard 80’), S.Buhagiar, D.Fava, D.Abela( D.Xuereb 59’), J.Dibola, D.Kukic ( W.Gomes 75’), L.Brincat ( R.Song 59’).

Lija At.

L.Bonnici, C.J.Cassar, P.L.Gusso, I.Borg, N.Micallef (G.Falzon 89’), F.J.Brandan, W.O.Serrano, M.Jimenez, J.C.Gill, G.Virano ( D.Scerri 72’), C.Flores.

Miktub minn...
TVM Sport