Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Ljubomirac ta’ Balzan sospiż 4 logħbiet

Il-protesti tal-player ta’ Balzan Uros Ljubomirac mar-referee Philip Farrugia fl-okkażjoni tat-tieni penalty mogħti lil Valletta fil-partita tal-Kampjonat BOV Premier is-Sibt li għadda, swiet lill-winger Serb erba’ logħbiet sospensjoni.

Ma’ Ljubomirac li ntwera karta ħamra diretta, tkeċċa wkoll il-goalkeeper Kristijan Naumovski għat-tieni karta safra biex Balzan spiċċaw jilagħbu l-partita li Valletta eventwalment rebħu 3-1, b’disa’ players. Naumovski ġie sospiż partita waħda.

Il-players ta’ Balzan kienu tnejn minn disa’ players b’kollox sospiżi mill-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA wara l-logħob ta’ tmiem il-ġimgħa tal-kampjonat Premier.

Roderick Briffa ta’ Birkirkara, Diego Venancio ta’ Floriana, Anderson de Barros ta’ Gudja Utd, Anderson do Nascimento Carneiro u Elvis Sakyl ta’ Senglea Athletic, u Brandon Muscat u Stiv Shaba ta’ Tarxien Rainbows, kollha weħlu partita kull wieħed.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Waqt laqgħa permezz ta’ video-conference li saret illum bejn il-UEFA u l-55 assoċjazzjoni membru, fosthom Malta, l-Assoċjazzjoni Ewropeja tal-futbol ħabbret xenarji ġodda dwar id-deċiżjoni jekk u meta l-kampjonati domestiċi fl-Ewropa…

Futbol lokali

Il-COVID-19 qed jaffettwa anke s-settur tal-ekonomija sportiva f’pajjiżna. Huma ftit forsi dawk li jimmaġinaw li fost l-eluf ta’ impjiegi f’riskju li jintilfu f’pajjiżna hemm ukoll diversi impjiegi fil-futbol lokali. Sandro…

Futbol lokali

L-MFA issospendiet il-football kollu f’Malta u Għawdex b’mod indefinit. Id-deċiżjoni ttieħdet mill-bureau tal-assoċjazzjoni li ddiskuta s-sitwazzjoni attwali tal-coronavirus f’telekonferenza bejn il-membri tiegħu llum. Id-deċiżjoni tgħodd anke għall-futsal. L-attivitajiet kollha tal-football…

Futbol lokali

L-14-il klabb tal-Kampjonat BOV Premier għandhom opinjonijiet differenti dwar x’għandu jsir mill-Kampjonat BOV Premier f’dan l-istaġun jekk kemm-il darba ma jitkomplix iżda sitt klabbs qablu fil-prinċipju li dan il-kampjonat għandu…

Aktar