Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Logħba kwieta, ebda goal u kulħadd kuntent

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19

Balzan………0

Gżira Utd….0

Balzan u Gżira kisbu punt kull wieħed f’logħba verament kwieta u li ftit li xejn ipproduċiet logħob sabiħ u wisq inqas azzjonijiet ta’ skor, bl-isbaħ ċansijiet jiġu għand Balzan fit-tieni taqsima. Riżultat li prattikament jaqta’ lil Balzan mit-tellieqa għal post fl-ewropa.

L-ewwel azzjoni tal-logħba wara 13-il minuta bid-daqqa ta’ ras ta’ Effiong salvata b’diffikulta minn Haber. Kellna nistennew sat-33 minuta biex rajna azzjoni oħra din id-darba minn naħa ta’ Gżira bix-xutt ta’ Nikolai Muscat salvat bi bravura minn Mintoff, u qabel intemmet it-taqsima freekick ta’ Andrew Cohen għadda ftit għoli.

Kif bdiet it-tieni taqsima daqqa ta’ ras lura ta’ Bozovic għal ftit ma żmarkatx lil Garba li kien imwaqqaf minn ħarġa ta’ Mintoff.

Fis-66 minuta l-isbaħ ċans tal-logħba għand Balzan meta Fenech żmarka lil Steve Pisani li qassam għan nofs lejn Ljubomirac lil minn quddiem il-lasta għamel l-impossibbli u xeħet għoli.

Tmien minuti mit-tmiem kross ta’ Correa mix-xellug u Haber itajjar b’diffikulta. Ħames minuti wara reġa’ kien Correa li resaq qrib b’azzjoni personali u save tajjeb ta’ Haber.

Skor finali 0-0.

Referee Philip Farrugia

Plejer tal-Logħba Nikolai Muscat ta’ Gżira.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Brandon Cassar, Nickolas Paris u Mattia Calleja huma tliet plejers li jiffurmaw parti mill-iskwadra ta’ taħt it-13-il sena ta’ Fgura United F.C. u li għadhom kif esperjenzaw erbat ijiem taħriġ fi Siena, fl-akkademja…

Futbol lokali

Giovanni Tedesco, l-ex kowċ ta’ Hamrun Spartans FC, mil-lum sar kowċ ta’ Gżira United FC. Tedesco ffirma kuntratt ta’ tliet snin li se jorbtu mal-klabb tal-Maroons sal-istaġun 2021/2022. Fi stqarrija…

Futbol lokali

Il-Gozo Football Association temmet uffiċjalment l-istaġun tal-futbol 2018/2019 bl-avveniment anwali tal-GFA Awards 2018 / 2019, fejn l-assoċjazzjoni ħabbret u ppreżentat l-unuri individwali f’diversi kategoriji ta’ kompetizjonijiet tal-futbol Għawdxi.  L-unuri ewlenin…

Futbol lokali

Roderick Briffa, il-midfielder nazzjonali Malti ta’ 37 sena, se jerġa’ jsir plejer ta’ Birkirkara fis-sigħat jew il-jiem li ġejjin. TVM Sport jista’ jikkonferma li Briffa laħaq ftehim ma’ Birkirkara FC…

Aktar