Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Messias isalva punt għal Naxxar

KAMPJONAT BOV PREMIER 2017/18

Sliema W…….1

Naxxar L……..1

Il-Wanderers sabu tim totalment differenti fil-Lions minn dak tal-ewwel round meta fl-Istadium Ċentinarju ħadu biss punt meta spiċċaw fi draw ta’ 1-1.

Mill-aħħar riżultat diżappuntanti li kellhom il-Wanderers fit-telfa kontra Senglea, il-kowċ John Buttigieg għamel erba’ bidliet mill-ħdax li bdew l-aħħar logħba, meta Frank Temile, Michele Sansone, Frenci Qeros u Ricardo Correa Duarte ħadu post Ryan Spiteri, Jefferson de Assis, Edmond Agius u Nicolae Milinceanu. Fuq in-naħa l-oħra, il-kowċ ta’ Naxxar Oliver Spiteri, bidel xejn inqas minn sitt plejers fl-ewwel ħdax, ovvjament riżultat tas-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar. Rafael Santos Henriques Caetano, Mailson Souza Duarte Junior, Jean Diego Moser u Rodrigo Leandro da Costa kollha ddebuttaw u flimkien mal-Daren Falzon u Ryan Gilmour Cassar ħadu post Scott Fenwick, Ryan Grech, Jurgen Debono, Oussenyou Ndoye, Adrian Cascaval u Arnaud Mendy li kienu bdew l-aħħar logħba.

Fl-ewwel round, Sliema kienu ġrew ġirja tajba bit-tim tal-Lions meta rebħulhom bl-iskor ta’ 5-1.

Appena kienu għaddew 10 minuti u Sliema marru fil-vantaġġ. Kien ix-xutt ta’ Correa Duarte li deher jaħbat ma’ difensur ta’ Naxxar, spiċċa ddevja lejn saqajn Mark Scerri li ma sabx diffikultà jitfa’ fix-xibka u jagħmilhom 1-0. Fit-22 minuta cross ta’ Mintoff sab lil Sansone, li iżda d-daqqa ta’ ras tiegħu kienet milqugħa minna Nicht. Tlieta u tletin minuta u Naxxar kienu sfortunati li ma ġabux id-draw meta wara l-għajta għall-penalty, Moser indirizza għal ġewwa, bil-ballun jaħbat mal-wieqfa u d-difiża tal-Wanderers kellha ċ-ċans li tinnewtralizza. Mat-38 minuta Nicht kellu jkun attent biex itajjar xutt insidjuż ta’ Temile u fuq in-naħa l-oħra mal-45 Zammit salva minn mal-art mill-freekick ta’ Leandro da Costa.

Għalkemm fit-tieni taqsima Naxxar ma dehrux li kienu qegħdin jieħdu wisq inizjattiva sabiex iġibu l-goal tad-draw, mas-67 minuta x-xutt ta’ Yuri de Jesus Messias minn tarf il-kaxxa l-kbira ħasad lill-goalkeeper Zammit tant li spiċċa jiġbor il-ballun mix-xibka għaliex il-Lions kienu ġabu l-iskor indaqs. Disgħa u sittin minuta u Naxxar pruvaw anke jmorru minn fuq meta mill-corner, Souza Duarte Junior daħal tajjeb u x-xutt tiegħu kien imtajjar b’diffikultà minn Zammit.

Referee: Sandro Spiteri

BOV Player tal-Logħba: Yuri de Jesus Messias (Naxxar L.)

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Telghu l-poloz tal-Ewwel Round ta’ Kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League u ċ-Champions Maltin Valletta telgħu biex jilgħabu kontra Kukesi tal-Albanija. Ir-rebbieħa tal-logħbiet jikkwalifikaw għat-tieni rawnd tal-UEFA Champions League filwaqt li t-telliefa…

Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt is-17-il sena se jkun qed jilgħab żewġ logħbiet ta’ ħbiberija kontra ż-żgħażagħ tal-klabb Taljan ta’ Frosinone waqt kamp ta’ taħriġli se jsir fl-Italja aktar tard…

Futbol lokali

Michael Mifsud huwa plejer ta’ Birkirkara FC. Jidher li Birkirkara laħqu ftehim mal-captain tat-tim nazzjonali Malti fl-aħħar jiem hekk kif sar jafu li l-plejer kien se jtemm l-avventura tiegħu minn…

Futbol lokali

Partita minn Grupp 6 ta’ taħt il-21 sena, ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej fl-Italja s-sena d-dieħla: Telfa ta’ 4-0 għal Malta kontra l-Iżvezja fis-Centenary Stadium f’Ta’ Qali. L-Iżvedizi ħadu biss 3…

Aktar