Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Mil-lejla tibda t-8 ġurnata tal-istaġun

Mil-lejla tibda t-tmien ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier, bl-aktar logħba mistennija tkun dik bejn Hibernians u Ħamrun Spartans li tintlagħab għada. Senglea Athletic huwa l-uniku tim li għadu qiegħed ifittex l-ewwel rebħa tal-istaġun, u l-Ħadd kontra Mosta tista’ tkun il-partita ideali biex jagħmlu dan. Sirens jittamaw li jieħdu t-tieni rebħa tal-istaġun wara li ħadu t-tliet punti fl-aħħar ħarġa tagħhom meta llejla jaffaċċjaw lill-Corinthians. Il-logħob kollu ta’ tmiem il-ġimgħa huwa dan:

Illejla – Centenary Stadium

17:00   Santa Lucia FC – Lija A. FC
21:15   Sirens FC – Żejtun C. FC

Għada – Centenary Stadium

14:00   Gudja UTD FC – Valletta FC
18:15   Hibernians FC – Ħamrun S. FC (diretta fuq TVM2)

Għada – Hibernians Stadium

14:00   Gżira UTD FC – Sliema W. FC

Il-Ħadd – Centenary Stadium

14:00   Balzan FC – Floriana FC
18:15   Senglea A. FC – Mosta FC

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA