Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Minn għada s-Sibt tibda tintlagħab is-sitt ġurnata; Hamrun – Gżira u Sliema – Hibs diretti fuq TVMNews+

Wara l-waqfa għall-impenn dopju tat-tim nazzjonali Malti, minn għada jitkompla l-Kampjonat BOV Premier bis-sitt ġurnata.

Għada jintlagħbu l-ewwel tliet partiti. Fl-istadium nazzjonali ta’ Ta’ Qali, jkollna partita waħda bejn Hamrun Spartans u Gżira United. Il-partita tibda fil-5.00pm u tixxandar dirett fuq TVMNews+ bix-xandira diretta tibda fl-4.30pm.

Għada żewġ partiti oħra fit-Tony Bezzina Stadium. Fit-3.00pm Balzan jilagħbu kontra Floriana u Birkirkara jilagħbu kontra Gudja United.

Il-Ħadd jerġa jirritorna l-Kampjonat BOV Premier bi tliet partiti oħra. Fl-istadium nazzjonali jintlagħbu żewġ partiti. Fit-3.00pm tintlagħab Sliema Wanderers kontra Hibernians, partita diretta fuq TVMNews+ bix-xandira li tibda fis-2.30pm. Fis-7.00pm tintlagħab il-partita Santa Lucia u Mosta.

Il-Ħadd fil-5.00pm, Valletta jilagħbu kontra Sirens bil-partita li tintlagħab fit-Tony Bezzina Stadium.

Il-programm ta’ partiti jkunu dawn:

Is-Sibt 16 ta’ Ottubru – Tony Bezzina Stadium
15.00: Balzan – Floriana
19.00:  Birkirkara – Gudja

Is-Sibt 16 ta’ Ottubru – Stadium Nazzjonali
17.00: Hamrun Spartans – Gżira United (diretta TVMNews+)

Il-Ħadd 17 ta’ Ottubru – Stadium Nazzjonali
15.00: Sliema Wanderers – Hibernians (diretta TVMNews+)
19.00: Santa Lucia – Mosta

Il-Ħadd 17 ta’ Ottubru – Tony Bezzina Stadium
17.00: Valletta – Sirens

Miktub minn...
TVM Sport