Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Mosta jegħlbu lil St Lucia b’gowl fl-aħħar minuta

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

MOSTA …………..1

SANTA LUCIA …0

Gowl skurjat minuta minn tmiem il-partita qaxleb il-miżien lejn Mosta dan wara li huma għelbu lil Santa Lucia f’logħba li ftit li xejn ipproduċiet.

Mosta kienu ġejjin minn rebħa fuq Ħamrun Spartans bl-iskor ta’ 2-0 filwaqt li Santa Lucia fl-aħħar dehra tagħhom sfaw miżmuma fi draw ta’ mingħajr gowls minn Senglea.

Wara għaxar minuti ċans għal Santa Lucia meta Mendoza bidel il-ballun ma’ Segura b’dan tal-aħħar iqassam lejn Santana li waħdu quddiem Vella ra lill-gowlkeeper Mosti jsalva. Għal ħin twil il-logħob żvolġa f’nofs il-grawnd fejn fis-36 minuta xutt angolati ta’ Segura għadda ftit għoli. Żewġ minuti wara fuq in-naħa l-oħra l-ewwel ċans għal Mosta hekk kif Jallow ġie waħdu quddiem Caruana bil-gowlkeeper ta’ Santa Lucia jimblokka fil-ħin.  Biex qabel għalqet it-taqsima Mosta mill-ġdid viċin din id-darba minn free kick ta’ Morisco li Caruana salva u ma’ żammx biex finalment id-difiża kklerjat.

Tmien minuti fit-tieni taqsima xutt mid-distanza ta’ Ante Rosero falla l-mira għal ftit. Fit-72 minuta ġirja tajba minn David Mendoza ntemmet b’xutt sabiħ minn tarf il-kaxxa li ġie mblukkat minn Vella.

Is-Saints bdew issa jżidu l-pressjoni biex ħmistax  il-minuta mit-tmiem xutt fil-baxx minn Ante Rosero għadda jħakkek mal-wieqfa. U fit-80 minuta cross shot ta’ Agius għal ftit ma’ ngannax bil-gowlkeeper Vella.

Minuta minn tmiem il-logħba Mosta skurjaw il-gowl tar-rebħa hekk kif Gomes għadda tajjeb mal-linja bil-kross preċiż tiegħu jsib lil Momodou Jallow li bir-ras tefa’ fir-rokna tax-xibka.

Ikkontrolla din il-logħba r-referee  Ishmael Barbara

Il-player ta’ Santa Lucia David Mendoza ġie magħżul bħala l-BOV Player tal-Logħba

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Bjorn Vassallo, il-President tal-Malta Football Association, se jkun qed jitkellem f’konferenza tal-aħbarijiet, illum fus-19.00. Il-konferenza se tixxandar diretta fuq TVM2. Il-President tal-MFA se jkun qed jitkellem għall-ewwel darba minn wara…

Futbol lokali

Il-Kumitat tal-Club tal-Football ta’ Qrendi illum għamilha ċara u ċaħad xnigħat li qed jidhru fil-midja soċjali, li  mhuwiex minnu li ma riedx ikun promoss fil-Kampjonat Premier. Fi stqarraija l-Club qal…

Futbol lokali

Floriana huma champions tal-football Malti wara vot fil-kunsill tal-MFA: u b’votazzjoni separata Tarxien Rainbows se jżommu posthom fil-Kampjonat BOV Premier li l-istaġun li ġej se jkollu sittax-il team. Nadur Youngsters…

Futbol lokali

Il-Kunsill tal-MFA ivvota wkoll favur it-tielet mozzjoni li kien hemm fil-ġurnata u biha Nadur Youngsters FC saru Champions tal-futbol Għawdxi. 55 vot kienu favur din il-mozzjoni, erbgħa kienu kontra u…

Aktar