Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Mosta jiksbu l-ewwel rebħa tal-istaġun

KAMPJONAT BOV PREMIER 2021/22

MOSTA…….2

BALZAN…..1

Mosta kisbu l-ewwel rebħa tagħhom fil-kampjonat dan l-istaġun b’wirja mill-aqwa minkejja bidu inċert.

Din kienet l-450 logħba għall-Roderick Briffa fil-Kampjonat Premier.

Bidu mill-aqwa għall-Balzan meta wara biss żewġ minuti logħob huma fetħu l-iskor. Kienet perkussjoni mill-aqwa ta’ Alex De Paixao li baqa dieħel fil-kaxxa xutt fil-baxx ġie imxellef mill-goalkeeper M.Jovicic u mill-viċin M.Mijic jitfa l-ballun fix-xibka, bit-tentattiv tad-difensuri Mostin ikun inutili biex jikklerjaw il-ballun.

Minuta wara Balzan viċin li jirduppjaw. Azzjoni mill-aqwa ta’ A.De Paixao li għeleb in-nasba tal-offside, baqa dieħel fil-kaxxa u waħdu quddiem M.Jovicic flok ixxutja, għażel li jqassam il-ballun għan-nofs bid-difiża Mostija tikklerja l-ballun.

Fid- 9 minuta logħob I.Doric idabbar il-karta safra għall-foul f’nofs il-ground.

Fil-11 -il minuta logħob xutt angolat ta’ M.Mijic jgħaddi ftit barra.

Minuta wara azzjoni brillanti għall-Balzan bix-xutt finali ta’ M.Mijic jgħaddi kemm kemm barra.

Fil-kwarta logħob fl-ewwel azzjoni Mostija jirnexxielhom iġibu l-iskor indaqs. Azzjoni tajba ta’ R.Ekani minn fuq ix-xellug, passaġġ filtranti l-quddiem, inċertezza fid-difiża ta’ Balzan japprofitta ruħu S. Akinbule u jitfa l-ballun wara V. Vranes.

Fil-21 minuta Mosta jolqtu l-minduda b’xutt b’saħħtu mill-vicin ta’ S. Akinbule bil-goalkeeper Vranes megħlub għall-kollox.

Man-nofs siegħa logħob perkussjoni tajba ta’ W.Donkin fix-xuttkross insidjuż tiegħu ma jsib lil ħadd minn sħabu u jgħaddi barra.

Fl-40 minuta T.Farrugia u P.Fenech idabbru l-karta safra, wara battibekk li inħoloq fil-kaxxa l-kbira difiża minn Mosta.

Wara minuta miżjuda fuq il-ħin intemmet l-ewwel taqsima 1-1.

Fil-50 minuta perkussjoni tajba ta’ R.Ekani kross lejn in-nofs fejn isib lil S. Akinbule li x-xutt tiegħu jispiċċa għoli.

Żewġ minuti wara sensiela ta’ passaġġi qosra fil-kaxxa ta’ Balzan bix-xutt finali ta’ B. Kaljevic ikun ferm għoli minn qagħda tajba.

Fil-61 minuta xutt bomba minn barra l-kaxxa l-kbira ta’ M.Mijic jara lil M.Jovicic iwettaq save kbir għall-korner.

Fis-76 minuta Mosta jirduppjaw azzjoni tajba ta’ S. Akinbule li waħdu quddiem V.Vranes ma jiżbaljax u jpoġġi lil Mosta 2-1 minn fuq.

Fil-ħin miżjud N.Frendo jdabbar il-karta safra.

Wara tlett minuti miżjuda fuq il-ħin intemmet il-partita Mosta 2 Balzan 1.

BOV player tal-logħba  S. Akinbule (Mosta)

Referee: Matthew De Gabriele

Formazzjonijiet:

Mosta: M.Jovicic, R.Briffa, W.Donkin(67 J.Nsumoh), C.Failla, I.Doric, M.Hetemaj, R.Morisco, T.Farrugia(C), Z.Brincat(67 G.Sciberras), S.Akinbule(85 L. Riascos), R.Ekani.

Balzan: V.Vranes, A.Loof, S.Arab, M.Grima(80 G. Camilleri, M.Duric(80 A.Andrejic), P.Fenech(89N.Frendo), A.De Paixao(C), M.Johnson, M.Zlatkovic, M.Mijic(S.Ciprott),B.Kaljevic(89 P.Mota).

Miktub minn...
TVM Sport