Futbol lokali
FILMAT: Mosta jilħqu l-qofol tal-istaġun lejn l-aħħar hekk kif iżommu draw wkoll lil Maroons

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19

Mosta   …………1

Gżira    ……..…..1

Gżira salvaw draw fl-aħħar sekondi tal-partita kontra Mosta f’logħba li ntemmet draw  ta’ 1-1

Mosta fetħu l-iscore fil-ħames minuta meta minn cross ta’ Massimo Sammartino u d-daqqa ta’ ras ta’ Zachary Brincat li ħasad d-difiża ta’ Gżira għal kollox għal 1-0. Kienu Gżira fis-sittax –il minuta xutt tajjeb ta’ Clifford Gatt Baldacchino għadda ftit għoli fuq il-lasti ta’ Andreas Vella.

Dsatax –il minuta jerġgħu kienu Gżira bi freekick sabiħ ta’ Zarate Bilbao ballun b’saħħtu mal-lasta jibbawnsja barra u jkun Morisco li jbiegħed temporanjament.

Sebgħa u għoxrin minuta jerġgħu jkunu Gżira Sacha Borg jgħaddi tajjeb lejn Garba fin-nofs bit-takkuna għal darba u tnejn però ballun jiġi mitluf.

Disgħa u tletin minuta azzjoni perfetta u sfurtunata għal Maroons hekk kif ikun Garba li qabeż il-goalkeeper avversarju jixxutja u ballun jaħbat mal-wieqfa, jerġa’ jkun Garba għal darba oħra lejn Muscat jerġa’ jolqot il-lasta sabiex fl-aħħar nett ballun jispiċċa għand Zachary Scerri però azzjoni li tiġi mitlufa.

L-ewwel taqsima għalqet 1-0 favur Mosta.

Sebgħa u ħamsin minuta xutt ta’ Corbolan ħarġa tajba ta’ Andreas Vella u jsalva. 

Cross ta’ Gżira fit-tmienja u sittin minuta jkun Domoraud b’daqqa ta’ ras ballun jispiċċa fil-ġenb tax-xibka fuq barra.

Gżira jiskurjaw fid-disgħa u sittin minuta però referee jħassar dan il-gowl fuq senjalazzjoni ta’ offside. Azzjoni u xutt ta’ Andrew Cohen biex fl-aħħar nett x-xutt ta’ Nicolai Muscat però referee jħassar dan il-gowl.

L-aħħar azzjoni kienet ta’ Mosta fid-disgħa u tmenin minuta xutt ta’ Ekani jsalva tajjeb u jdawwar f’corner Anthony Curmi.

Fuq id-disgħin Gżira jġibu il-gowl tad-draw throw in ta Soares lejn Haruna Garba li jinsisti jgħaddi d-difiża u jitfa l-ballun fix-xibka fl-aħħar sekondi tal-partita.

Riżultat finali: Mosta  1  Gżira 1.

Referee tal-partita: Alex Johnson.

BOV Player tal-Logħba: Rafael Morisco Player ta’ Mosta.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

FUTBOL LOKALI Gżira United ippreżentaw l-iskwadra tagħhom għall-istaġun li ġej waqt konferenza stampa li saret ilbieraħ filgħaxija f’post tad-divertiment f’Tas-Sliema. Il-Maroons, li spiċċaw fit-tielet post tal-klassifika kemm fl-istaġun li għadda…

Futbol lokali

Sliema Wanderers ħabbru li akkwistaw lill-plejer mill-Arġentina Juan Cruz Gill. Id-difensur, li għandu wkoll ċittadinanza Taljana, lagħab f’pajjiżna ma’ Valletta u Tarxien Rainbows. Fil-passat, Crus Gill lagħab fil-Premier Division fl-Arġentina…

Futbol lokali

Federico Falcone, l-ex plejer ta’ Valletta FC, mil-lum sar plejer ta’ Birkirkara. Falcone ffirma kuntratt ta’ sentejn. B’dan l-akkwist, Birkirkara se jkomplu jsaħħu l-iskwadra fit-tentattiv li jirbħu l-kampjonat fl-istaġun li…

Futbol lokali

San Ġwann baqgħu jżommu l-ewwel post tal-klassifika ta’ The Convenience Summer Cup 2019 hekk kif intlagħbet it-tieni ġurnata ta’ dan it-turnament annwali ta’ qabel l-istaġun. It-tim immexxi minn Jean Paul…

Aktar