BOV Premier League 2021/22
Kampjonat BOV Premier: Mosta jirbħu partita li dehret impossibbli, Sliema fil-qiegħ tal-klassifika b’4 punti

KAMPJONAT BOV PREMIER 2021/22

Sliema Wanderers………2

Mosta………………………..3

Taħt xita li għalkemm mhux bil-qliel żgur li għamlet il-logħba aktar diffiċli, Mosta għelbu lil Sliema Wanderers bi skor ta’ 3-2.

Fl-ewwel taqsima Mosta kienu perikolużi wara biss ħames minuti wara li tellgħu ballun tajjeb iżda l-konklużjoni ta’ Doric kienet waħda ħażina. Wara disa’ minuti Mosta reġgħu kienu qrib permezz ta’ xutt ta’ Brincat li għal darboħra kien għoli. L-ewwel reazzjoni min-naħa ta’ Sliema waslet wara tmintax il-minuta hekk kif Gui tefa’ ballun tajjeb lejn Aquilina, iżda l-gowlkeeper ta’ Mosta Jovicic ħareġ mill-lasti u xekkel dan it-tentattiv. Wara disa’ u għoxrin minuta Sliema viċin il-gowl permezz ta’ Engerer, iżda Jovicic ikkontrolla mingħajr problemi. Erba’ minuti wara okkażjoni oħra għal Sliema minn freekick, iżda l-konklużjoni ta’ Berisha kienet waħda ħażina. L-insistenza ta’ Mosta kienet ippremjata fis-sebgħa u tletin minuta hekk kif Donkin mill-viċin tefa’ l-ballun fil-lasta ta’ Sliema. Sliema ppruvaw minn kollox biex qabel il-ħin tal-mistrieħ jippruvaw iġibu d-draw u fl-erbgħa u erbgħin minuta Elouni xxutja mill-bogħod iżda l-ballun mar barra.

Fit-tieni taqsima wara erbgħa minuti l-kowċ ta’ Mosta, Joseph Grech kellu jwettaq sostituzzjoni sfurzata wara li tackle ta’ Doric marret ħażin u dan il-plejer kellu jħalli l-grawnd. Fl-istess ħin Sliema wettqu wkoll l-ewwel sostituzzjoni tagħhom b’Fernandes ħa post il-keptin Aquilina. Wara tleita u sittin minuta Sliema ħadu vantaġġ min nuqqas ta’ Mosta, iżda Jovicic għal darboħra waqqaf xutt mill-viċin ta’ Gui. Mosta deheru aktar kunfidenti fil-grawnd u tellgħu bosta attakki iżda l-plejer Niġerjan ta’ Mosta Akinbule ddiżappunta bil-bosta, f’aktar minn okkażjoni waħda. Sliema min-naħa tagħhom tellgħu numru ta’ attakki u wara disgħa u sittin minuta ġabu d-draw permezz ta’ Berisha. Iżda Mosta ma damux wisq biex skurjaw it-tieni gowl b’xutt ta’ Morisco, li Aquilina naqas milli jwaqqaf.

Sliema Wanderers reġgħu ġabu l-gowl tad-draw minn Berisha fis-70 minuta sakemm Mosta skurjaw it-tielet gowl li tahom ir-rebħa minn Riascos erba’ minuti wara.

Referee: Trustin Farrugia Cann

Sliema: Aquilina Timothy(GK), Morales Pablo, Shaw Kurt, Aquilina Gabriel(C)(Fernandes Miguel 50’), Elouni Omar, Gui Inters, Agius Edmond, Engerer Jake, Uchida Yuki, Bliek Julius, Berisha Valmir

Mosta: Jovicic Marko(GK), Briffa Roderick, Donkin William, Failla Clayton, Bezzina Johann, Farrugia Tyrone(C), Doric Ivan(Agius Nathan 50’), Riascos Luis, Morisco Rafael, Brincat Zachary, Akinbule Sunday

Miktub minn...
TVM Sport