Futbol lokali
FILMAT: Mosta jitilgħu fil-ħames post tal-klassifika wara rebħa kontra Żejtun

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21

Mosta…………………  3         

Zejtun Corinthians….0

Wara biss sitta u ghoxrin sekonda Mosta fethu r-rizultat tal-partita permezz ta’ penalty li inghata minn Clayton Failla… wara azzjoni rregolari fil-konfront ta’ Ememe. Dan kien l-uniku gowl skurjat fl-ewwel taqsima. Min-naha ta’ Zejtun ippruvaw itellghu numru ta’ attakki izda l-ebda wiehed ma wassal ghal gowl. Fil-hdax il-minuta freekick ghal Zejtun moghti minn Muniz kien ftit gholi fuq il-minduda u allur ama kien hemm l-ebbda problema ghal gowlkeeper Mafoumbi ta’ Mosta. Fid-dsatax il-minuta Kaljevic deher jaqa’ fil-kaxxa ta’ Zejtun izda ghalkemm membri tat-tim ta’ Mosta sahhqu li kien penalty… ir-refeee Glenn Tonna ddecieda li l-azzjoni kienet wahda regolari.

Fl-erba u tletin minuta Zachary Brincat ta’ Mosta kellu jhalli l-grawnd wara li kellu problemi fizici… u minn floku dahal Kevin Tulmieri. Kien l-istess Tulmieir li minuta wara ircieva l-ballun f’tarf il-kaxxa izda x-xutt tieghu kien wiehed dghajjef bl-ebda problema ghal-gowlkeeper ta’ Zejtun… Christian Cassar. L-istess gowlkeeper Cassar, fil-hin mizjud, b’kapacita kbira rnexxielu jtajjar ballun ta’ Kaljevic li wahdu fil-kaxxa, ifalli opportunita tad-deheb.

Fit-tieni taqsima, iz-zewg timijiet kienu aktar agressivi, bit-tim ta’ Zejtun resaq qrib il-gowl, izda l-gowlkeeper Mafoumbi rnexxielu jilqa zewg xuttijiet konsekuttivi. Fl-erbgha u hamsin minuta Morisco jipprova azzjoni personali u jaghti xutt tajjeb izda l-ballun mar bi ftit barra. Fit-tmienja u hamsin minuta loghob, kuntrattakk ta’ Mosta li jaqbdu d-difiza ta’ Zejtun fuq sieq wahda, Kaljevic din id-darba ma jfallix u jitfa xutt tajjeb fil-kantuniera tal-lasta, bil-gowlkeeper Cassar meghlub kompletament. Fl-erba u sittin minuta azzjoni rregolari ta’ De Barros ta’ Zejtun fuq Tulmieri wasslet ghall-ewwel karta safra ghall-plejer ta’ Zejtun. Azzjoni dubbjuza fis-sitta u sittin minuta fil-konmfront ta’ Tulmieri ta’ Mosta, izda l-azzjoni kompliet u Bezzina pprova jixxutja bil-ballun imur bi ftit barra.

Fit-tmienja u sittin minuta azzjoni tajba minn Albanese ta’ Zejtun li jdendel ballun fil-kaxxa u jidhol tajjeb Vieira izda bir-ras jitfa l-ballun barra. Wara wiehed u sebghin minuta loghob, azzjoni rregolari minn Muniz fil-konfront ta’ Tulmieri wasslet ghat-tieni karta safra ghat-tim ta’ Zejtun. Kwarta qabel tmiem il-partita, Dylan Agius ta’ Zejtun… li ha post De Barros… irnexxielu jidhol fil-kaxxa, izda ghal darbohra Mafoumbi jilqa tajjeb il-balun. Wara disgha u sebghin minuta loghob waslet it-tieni sostituzzjoni ghal Mosta, johrog Gianluca Sciberras u minfloku jidhol jilghab Duane Bonnici. Fil-wiehed u tmenin minuta Mosta skurjaw it-tielet gowl permezz ta’ Ememe, bid-difiza ta’ Zejtun ghal darbohra meghluba. Fis-sitta u tmenin minuta sostituzzjoni doppja ghall-Mosta hekk kif il-kowc jiddeciedi li jserrah lil Failla u lil Kaljevic u minflok idahhal lil Dejan Debono u lil Nathan Agius, hekk kif il-partita kienet tidher maghluqa.

BOV Plejer tal-Logħba: Bojan Kaljevic (Mosta)

Referee: Glenn Tonna

Formazzjonijiet:

Mosta: Mafoumbi Christoffer Henri(GK), Ememe Christ, Bezzina Johann, Failla Clayton(Dejan Debono 86’), Sciberras Gianluca(Duane Bonnici 79’), Farrugia Tyrone, Muchardi Matias, Morisco Rafael, Brincat Zachary(Kevin Tulmieri 34’), Kaljevic Bojan(Nathan Agius 86’), Ekani Jonas Rodrigues.

Żejtun Corinthians: Cassar Christian(GK), Albanese Diego, Moreira Lucas, Carabott Adrian(Jurgen Suda 60’), Reid Kemar David, Muniz Marcelo, Grech Christian, Vieira Vitor, Tabone Neil, De Fex Rafael, De Barros Anderson(Dylan Agius 71’)

 

Miktub minn...
TVM Sport