Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Mosta l-aħjar tim, jirbħu u jikkonvinċu

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

Hamrun Spartans….0

Mosta…………………..2

Mosta ħasdu lil Ħamrun meta taw l-ewwel telfa lill-Ispartans hekk kif il-Mostin rebħu bl-iskor ta’ 2-0. Kien rebħa meritata għal Mosta b’wirja stupenda mill-Amerikan Kotlov li skorja wkoll iż-żewġ gowls tagħhom.

Wara erba’  minuti Lagzir tefa’ fid-direzzjoni ta’ Domoraud iżda l-attakkant Ħamruniż laqat ħin minn quddiem il-lasta. Fl-14 il-minuta wara azzjoni ta’ corner xutt ta’ Triston Caruana għadda ftit barra. Fl-20 minuta rrispondew Mosta meta Kotlov qassam lil Muchardi li minn ġol-kaxxa ikkonkluda barra. Mosta fetħu l-iskor fit-22 minuta hekk kif free kick b’saħħtu ta’ Morisco ġiet salvat parzjalment minn Bartolo biex mill-viċin Kotlov bir-ras ikkonkluda għal ġewwa.

Fis-26 minuta minn corner ta’ Lagzir kien Cinquini li fuq it-tieni lasta bir-ras ikkonkluda għoli. Biex disa’ minuti minn tmiem l-ewwel taqsima Murga seta’ għamel aħjar meta waħdu quddiem Bartolo ikkonkluda barra.

Mas-siegħa logħob wara azzjoni personali xutt minn tarf il-kaxxa ta’ Soufiane Lagzir bil-ballun jgħaddi jħakkek mal-mimduda. Biex sitt minuti wara kontrattakk ta’ Mosta b’Kotlov isib lil Murga iżda x-xutt ta’ dan tal-aħħar spiċċa fuq ix-xibka minn barra. Fil-71 minuta corner għal Ħamrun minn Caruana u Nikolopoulus bir-ras xeħet ftit barra.

Iżda kienu Mosta li ssiġillaw ir-rebħa fil-75 minuta b’xutt angolat minn Kotlov li sab ir-rokna tax-xibka. Mad-disgħin minuta Mosta viċin it-tielet meta xutt mid-distanza ta’ Muchardi spiċċa fuq is-saqaf tax-xibka.

Ikkontrolla din il-logħba r-referee  Fyodor Zammit

Il-player ta’ Mosta Nicolaevich Kotlov  ġie vvutat bħala l-BOV Player tal-Logħba.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

SUPER CUP 2019/2020 Birkirkara………5 Mġarr United ..0 It-tim tan-nisa ta’ Birkirkara komplew fejn ħallew fl-istaġun li għadda meta għelbu lil Mġarr United bl-iskor ta’ 5-0. Din kienet l-ewwel darba li…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 HIBERNIANS…..2 GŻIRA UTD……..0 Hibernians kisbu rebħa importanti kontra Gżira United biex issa jinsabu punt biss warajhom fit-tielet post tal-klassifika u b’punti daqs Sirens. Fil-11 il-minuta xutt…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Santa Lucija…0 Balzan…………3 Fl-ewwel partita li kellna fil-Hibs Stadium f’Kordin, Balzan għelbu lil Santa Lucia bl-iskor ta’ 3-0. Balzan kienu ġejjin minn draw kontra Hamrun filwaqt…

Futbol lokali

KAMPJONAT  BOV PREMIER 2019/2020 Birkirkara………….2 Sirens……………….0 Birkirkara reġgħu rritornaw għar-rebħ meta mingħajr xi diffikultà partikolari għelbu lil Sirens bl-iskor ta’ 2-0. Kien hemm differenza ta’ 11-il punt fil-klassifika bejn dawn…

Aktar