Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Mosta u Sirens jieħdu punt kull wieħed fi draw ta’ mingħajr gowls

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21

Mosta……….0 

Sirens ………0 

Mosta u Sirens spiċċaw fi dro ta’ 0-0. Dan ir-riżultat ma ssodisfa lil ħadd hekk kif il-pożizzjoni tagħhom fil-klassifika ftit inbidlet.

Mosta ħolqu l-ewwel okkażjoni tal-partita fit-2 minuta meta xutt minn barra l-kaxxa ta’ Kevin Tulimieri għadda barra mil-lasta tal-gowlkiper ta’ Sirens David Cassar.

Bl-ewwel taqsima nieqsa minn kull emozzjoni tispiċċa fi dro ta’ 0-0.

Fit-tieni taqsima, Mosta reġgħu ttantaw xortihom b’xutt ta’ Johann Bezzina li madankollu għadda barra.

Fl-54 minuta, kien il-gowlkiper ta’ Mosta Maffoumbi li laqa’ tajjeb xutt mill-viċin ta’ Terence Agius.

Minuta wara xutt ta’ Lamin Bittaye ta’ Sirens kien ċentrali b’Maffoumbi jkun attent.

Sirens kibru fil-kunfidenza u fit-58 minuta,  xutt ta’ Kone sab lil Maffoumbi attent sabiex mir-ribawnd l-istess gowlkiper reġa’ laqa’ tentattiv ta’ Tounkara.

Il-wirja ta’ Maffoumbi kompliet bl-aqwa mod possibbli mas-siegħa logħob meta reġa’ salva fuq Tounkara mill-viċin.

Fit-73 minuta, Mosta spiċċaw jilagħbu b’10 min-nies wara li Clayton Failla qala’ t-tieni karta safra.

L-istess sitwazzjoni messet lil Kevin Tulimieri fid-90 minuta li mat-tieni karta safra kellu jħalli lil sħabu b’9 min-nies.

Minkejja kollox, l-ebda tim ma rnexxielu jinfed il-lasti avversarji.

Mosta: Christoffer Mafoumbi, Michael Mifsud (Zachary Brincat 65 min), Johann Bezzina, Clayton Failla, Tyrone Farrugia, Divine Naah, Bojan Kaljevic, Kevin Tulimieri, Rodriguez Ekani, William Donkin (Gianluca Sciberras 75 min).

Sirens: David Cassar, Jonathan Pearson, Lamin Bittaye, Hamed Kone, Wilfried Domoraud, Emiliano Callegari,  Jacob Walker, Samba Tounkara (Ryan Darmanin 82 min), Ryan Scicluna (Manuel Bustos 82 min), Terence Agius (Ryan Grech 75 min), Thiago Espindola.

Riżultat finali: Mosta 0 Sirens 0

BOV Plejer tal-Logħba kien Christoffer Maffoumbi ta’ Mosta

Referi kien Darryl Agius

Miktub minn...
TVM Sport