Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Nifs kbir għal Hamrun Spartans wara rebħa importanti kontra Sirens

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

SIRENS…………1 

ĦAMRUN S. ….2

Nifs kbir għal Ħamrun Spartans dan hekk kif huma għelbu lil Sirens bl-iskor ta’ 2-1. Mill- banda l-oħra għal Sirens dan kien diżappunt kbir hekk kif naqsu li jagħlqu d-distakk mal-leaders Floriana u Valletta biex issa baqgħu distakkati b’erbgħa punti.

Wara seba’ minuti xutt mid-distanza ta’ Conor Borg għadda jħakkek mal-mimduda. Biex fl-10 minuta Sirens fil-vantaġġ. Kien kross ta’ Okoye li sab lil Wellington De Oliveira u dan b’xutt minn ġol-kaxxa spara fix-xibka. Fit-23 minuta xutt ta’ Karl Micallef ġie salvat mingħajr wisq problemi minn Cassar. Biex Ħamrun kisbu d-draw fit-32 minuta bi free kick dirett mid-distanza ta’ Clayton Failla. Tmien minuti minn tmiem l-ewwel taqsima ċans għal Sirens li jmorru mill-ġdid fil-vantaġġ meta Okoye ġab lil Cheveresan waħdu iżda l-Brażiljan ra lil Bartolo jdawwarlu x-xutt tiegħu f’korner.

Fil-51 minuta kross ta’ Espindola u daqqa ta’ ras minn Cheveresan għaddiet ftit barra. Fil-65 minuta wara azzjoni ta’ korner xutt ċentrali minn tarf il-kaxxa ta’ Okoye kien salvat mill-gowlkeeper ta’ Ħamrun Bartolo. Ħamrun skurjaw il-gowl tar-rebħa erba’ minuti minn tmiem il-partita b’gowl stupend ta’ Nicola Leone li b’xutt mill-ewwel minn tarf il-kaxxa sab ir-rokna tax-xibka. Ir-reazzjoni ta’ Sirens kienet waħda immedjata fejn fit-88 minuta kellhom xutt ta’ Adeshina mdawwar f’korner minn Bartolo. U minuta wara Dos Anjos laqat il-wieqfa.

Ikkontrolla din il-logħba r-referee Trustin Farrugia Cann

Il-player ta’ Sirens Wellington de Oliveira   ġie magħżul bħala l-BOV Player tal-Logħba

Sirens :   D. Cassar, R. Grech, W. De Oliveira, R. Dos Anjos, E. Okoye, R. Silva Faria, A. Borg, I. Adeshina, F. Cheveresan, R,. Romao (E. Herrera 74’), T. Espindola

Hamrun S.:   E. Bartolo, C. Borg (A. Capitelli 51’), J. Soares Ailton, C. Failla, N. Leone, D. Borg, K. Micallef, C. Flores (A. Scicluna 64’), V.Alhinho, M. Cinquini, P. Branicki (M. Gauci 72’)

Referee:      Trustin Farrugia Cann

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Il-klabb tal-Premier Senglea Athletic ħabbar li l-kowċ Vladan Tomic ser ikun qed imexxi t-tim għall-kumplament tal-istaġun. Jassistih fuq il-bank ser ikun hemm l-ex player ta’ Rabat, Valletta u Birkirkara Drasko…

Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti tan-nisa ta’ taħt is-16-il sena, illum rebaħ it-tieni partita tiegħu mill-UEFA Youth Girls Development Tournament kontra Ġibiltà bi skor ta’ 2-0. Iż-żewġ gowls ta’ Malta waslu fit-tieni…

Futbol lokali

Hekk kif f’dan tmiem il-ġimgħa ma sarx logħob mill-kampjonati tal-MAFA minħabba l-festi tal-karnival, se nieħdu l-opportunita’ sabiex nagħmlu analiżi ta’ dak li ġara s’issa kemm mill-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni kif ukoll…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Senglea A…..2 St Lucia……..5 L-ewwel azzjoni tal-partita tara lil Santa Lucia imorru fil-vantaġġ meta freekick ta’ Jamie Zerafa bil-ballun fuq ras Bohrer li tefa’ lejn Corriea…

Aktar