Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Nifs qawwi għall-Wanderers, Zammit jiddebbuta b’telfa

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

Sliema W…..2

Gżira UTD….0

Debutt xejn feliċi għal Paul Zammit fit-tmexxija ta’ Gżira United, bil-goalkeeper Justin Haber ma jkollux riżultat feliċi fit-300 logħba tiegħu fil-Kampjonat Premier meta Gżira United ħadu t-tieni telfa infila meta tilfu kontra Sliema Wanderers bl-iskor ta’ 2-0. Din it-telfa taqta’ lil Gżira mit-tellieqa għar-rebħ tal-kampjonat, filwaqt li l-Wanderers jieħdu nifs qawwi fin-naħa t’isfel tal-klassifika.

Mal-20 minuta Sliema tilfu ċans tad-deheb li jmorru minn fuq meta Cisotti għadda cross perfett lejn Vasilchik li waħdu quddiem lasta vojta bir-ras tefa’ barra minflok fix-xibka.

Fl-54 minuta Alex Satariano ħalla lil Haber iċċassat wara li l-plejer Slimiż qabad il-ballun u minn tarf il-kaxxa tefa’ l-ballun mal-mimduda u fix-xibka wara l-goalkeeper ta’ Gżira għal 1-0. Fit-62 minuta l-Wanderers irduppjaw meta din id-darba kien Arthur Oyama li minn corner dirett tefa’ wara Haber għal 2-0. Galea tal-Wanderers kien tajjeb fit-82 minuta biex tajjar id-daqqa ta’ ras ta’ Davis wara l-cross ta’ Kone.

Referee: Darryl Agius

BOV Player tal-Logħba: Alex Satariano ta’ Sliema W.

Formazzjonijiet:

Sliema W.: Jake Galea (GK), Michele Sansone (Claudio Pani 81’), Alexander Satariano (Gareth Barone 88’), Kurt Shaw, Jonathan Pearson (Juan Cruz Gill 46’), John Mintoff, Mark Scerri (c), Federico Vasilchik, Juri Cisotti, Edmond Agius, Arthur Oyama

Gżira UTD: Justin Haber (GK)(c), Fernando Barbosa, Zachary Scerri, Andrew Cohen (Martin Davis 67’), Juan Carlos Corbalan, Clifford Gatt Baldacchino, Hamed Kone, Sacha Borg (Nikolai Muscat 83’), Amadou Samb (Dexter Xuereb 67’), Marco Criaco, Wilfried Domoraud

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena mmexxi mill-kowċ nazzjonali Silvio Vella reġa’ rritorna għat-taħriġ tiegħu mill-Ħadd li għadda. Vella sejjaħ skwadra ta’ 30 plejer bi preparazzjoni għall-partiti li t-tim…

Futbol lokali

Il-Player Internazzjonali Maltija Rachel Cuschieri ser tibda esperjenza ġdida hekk kif hi ngħaqdet mal-klabb Taljan ta’ Lazio Calcio Femminile. Fl-aħħar staġuni Cuschieri lagħbet ma’ PSV Vrouwen fl-Olanda wara li kellha…

Futbol lokali

Akkwist ġdid għal Gżira Utd. Il-Kolombjan Camilo Escobar sieħeb lill-Maroons fuq kuntratt ta’ sentejn. Id-difensur xellugi ta’ 25 sena l-istaġun li għadda lagħab ma’ Santa Lucia fil-Premier Malti u fil-karriera…

Aktar