Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Penalty fl-aħħar ħinijiet ipoġġi lil Hibernians fl-ewwel post

KAMPJONAT BOV PREMIER

Żejtun C……………….2

Hibernians…………..3

Hibernians kellhom jistennew sa’ disa’ minuti minn tmiem il-partita sabiex kisbu rebħa bl-iskor ta’ 3-2 kontra Zejtun Corinthians. Tlett punti li bihom telgħu fl-ewwel post tal-klassifika.

Bidu mill-aqwa għall-Pawlisti fejn fl-ewwel tentattiv tagħhom wara biss 12-il minuta kif kien mistenni fethu l-iskor. Jake Grech ta’ passaġġ fil-baxx lil Shola Shodija li mill-viċin ma żbaljax biex poġġa lil pagun minn fuq.

Erba’  minuti biss wara u l-Pawlisti jirduppjaw permezz ta’ Jurgen Degabriele li seraq ballun tajjeb fuq daqqa ta’ ras b’lura ta’ Herrera u wara qabbeż minn fuq il-goalkeeper Kone, li minn naħa tiegħu ħareġ ħażin.

Fis-36 minuta Żejtun naqsu l-iskor meta Kamar twaqqa fil-kaxxa minn Almeida Da Silva bir-referee Stefan Pace li kien qed jirritorna fil-Premier wara waqfa qasira, jordna penalty. L-istess player mill- 11 -il metru ma żbaljax biex għamel l-iskor 2-1.

Erba’ minuti biss wara De Fex b’azzjoni personali u xutt minn barra l-kaxxa l-kbira għeleb għal kollox lil Calleja Cremona għall- 2-2.

Hibernians fil-bidu tat-tieni taqsima komplew fejn ħallew u propju fil-55 minuta daqqa ta’ras minn Teixeira tgħaddi ftit barra. 61 minuta xutt tal-istess player u l-goalkeeper Kone jdawwar b’diffikulta għall-corner.

Ħames minuti biss wara xutt ieħor ta’ Texeira jiddisturba t-trankwillita ta’ Kone li b’diffikulta jdawwar f’corner.

Disa’ minuti minn tmiem il-partita wasal il-gowl tar-rebħa għal Hibernians. Jake Grech mill-ħdax il-metru jikkonverti wara li Izquier twaqqa fil-kaxxa.

Żewġ minuti mit-tmiem Żejtun jappellaw għall-penalty fejn huma komplew ikunu nervużi sat-tmiem il-partita u jipprotestaw għal kull deċiżjoni.

Riżultat finali: Zejtun C. 2 Hibernians 3

Referee: Stefan Pace

BOV Player of the Match: Rafael de Fex Mariaga

ZEJTUN C. –  Ibrahim Kone, Diego Albanese, Lucas Gama Moreira, Adrian Carabott, Kemar Reid, Marcelo Pereira Muniz, Gianluca Bugeja (61′ Dylan Agius), Ricardo Silva Faria, Edward Herrera, Neil Tabone, Rafael de Fex Mariaga (84′ Jurgen Suda)

HIBERNIANS – Matthew Calleja Cremona, Ferdinando Apap, Leandro Almeida da Silva, Ayrton Attard, Jake Grech, Jurgen Degabriele (84′ Zachary Karl Grech), Dunstan Vella, Gabriel Izquier Artiles, Shola Shodiya, Andrei Agius, Jose Wilkson Teixeira (73′ Rundell Winchester)

 

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League