Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Punt kull wieħed fi draw ta’ mingħajr gowls għal Sirens u Sliema

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

Sirens FC………….0

Sliema W….………0

Fil-11-il minuta logħob ċans kbir għal Sliema li setgħu jmorru fil-vantaġġ, pass tajjeb ta’ Arthur Osama lil Juri Cisotti pero ix-xutt fil-baxx ta’ dan jaħbat mal-lasta l-wieqfa.

Fis 26 minuta ċans ieħor għal Sliema meta Cisotti kompla lejn Jean Paul Farrugia pero dan żelaq u ċ-ċans intilef.

Fit 33 minuta xutt b’saħħtu ċentrali ta’ Ige Adeshina għadda ftit għoli mil-lasta Slimiża.

Ftit qabel spiċċat l-ewwel taqsima Flavio Silva Cheversan, għalkemm issikkat minn żewġ difensuri Slimiżi, ixxuttja fil-baxx pero Galea salva b’diffikultà.

Fit-52 minuta shot-cross insidjuż ta’ Juri Cisotti u Jean Paul Farrugia naqas li jikkonkludi għal ġewwa minn taħt il-lasta ta’ Sirens.

Ftit wara xutt ta’ Thiago Espindola minn 25 metru bogħod spiċċa ftit għoli.

Fit 82 minuta free-kick għal Sliema li ngħata minn Gilmar Da Silva Ribeiro li għadda ftit barra mil-lasta ta’ Cassar.

Fl-aħħar minuti free-kick ta’ Romeu Romao kien salvat faċilment minn Galea.

Referee : Philip Farrugia.

BOV Plejer tal-partita : Juri Cisotti ( Sliema W.)

Sirens FC. – D.Cassar, R.Grech, A.W.De Oliveira, R.Dos Anjos, R.L.Memezes, R.S.Faria, A.Borg, A.I.Abdullahi, E.Herrera, .Espindola, F.S. Cheversan.

Sliema W. – J.Galea, K.Shaw, J.Mintoff, M.Scerri, C.Zappa, J.Cisotti, R.G.Da Silva, E.Agius, A.Oyama, G.Adamovic, J.P.Farrugia.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Hekk kif fil-preżent il-kampjonati f’Malta jinsabu wieqfa, huma ħafna dawk li ma jafux x’se jkun id-destin tal-klabbs lokali u x’se jiġri mill-istaġun li ġej. F’dawn il-jiem, beda jiltaqa’ l-Kumitat tas-Social…

Futbol lokali

Il-President tal-MFA Bjorn Vassallo qal li ma jiddependix mill-assoċjazzjoni x’jiġri jekk il-Kampjonat BOV Premier jitwaqqaf fejn hu u ma jitkomplix, iżda trid tkun il-UEFA li taghti d-direzzjoni. Bjorn Vassallo llum…

Futbol lokali

Il-Malta Football Association bdiet tgħin ukoll fil-kawża ta’ kontra l-coronavirus. L-MFA qed twassal messaġġ ta’ solidarjetà, rispett reċiproku u għaqda. Fi stqarrija fuq is-sit uffiċjali tagħha, l-MFA qalet li tinsab…

Futbol lokali

Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Malta Football Association, il-President tal-MFA Bjorn Vassallo ikkomunika l-aħħar direzzjoni li l-assoċjazzjonijiet tal-football ewropej ingħataw mill-UEFA kif ukoll uffiċjaliżża l-aħħar deċiżjonijiet li ttieħdu…

Aktar