Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Punt kull wieħed għal Floriana u Balzan

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21

Floriana……0

Balzan………0

Balzan u Floriana temmew fi draw ta’ mingħajr gowls f’logħba li ftit kellha azzjonijiet ta’ skor. Ir-riżultat kien wieħed ġust, riżultat li jħalli liż-żewġ naħat viċin l-aħħar postijiet tal-klassifika.
L-ewwel azzjoni fit-12-il minuta daqqa ta’ ras ta’ Andrejic salvata mingħajr problemi minn Akpan. Kwarta logħob u risposta ta’ Floriana bix-xutt ta’ Garcia salvat minn Vranes. Fil-21 minuta azzjoni oħra ta’ Floriana minn freekick ta’ Venancio u Jurgen Pisani li ma jirnexxielux jolqot mill-viċin.
Tliet minuti wara freekick ieħor ta’ Venancio din id-darba jipprova direttament għal-lasta iżda Vranes salva u fis-27 minuta freekick kważi mill-istess post bix-xutt ta’ Venancio jgħaddi kważi jħakkek mal-mimduda Fit-43 minuta freekick favur Balzan u xutt ta’ Duric imur barra.
Sitt minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima minn azzjoni ta’ korner id-daqqa ta’ ras ta’ Garcia u ballun ftit barra. Mas-siegħa logħob Ljubomirac lejn Duric li x-xutt tiegħu ikun salvat minn Akpan. Fit-68 minuta freekick ta’ Duric u Akpan attent isalva.
Kwarta mit-tmiem opportunita’ għal Floriana bid-daqqa ta’ ras ta’ Jurgen Pisani minn qagħda tajba bil-ballun imur ftit barra.

Referee: Fyodor Zammit
Plejer tal-Logħba: Milan Duric (Balzan)

Formazzjonijiet:

Floriana: I. Akpan, E. Ruiz, D. Venancio, K. Keqi, J. Arias, J. Pisani, N. Garcia, F. Cheveresan, M. Dias, J. Busuttil, R. Camenzuli.
Balzan: V. Vranes, A. Loof, M. Grima, S. Arab, M. Duric, P. Fenech, M. Johnson, U. Ljubomirac, M. Sanoh, A. Andrejic, S. Cipriott.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.