Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Punt kull wieħed għal Floriana u Żejtun

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21

Floriana                           0         

Zejtun Corinthians      0

Floriana kellhom bidu agressiv ferm iżda Żejtun irnexxielhom jikkontrollaw l-ewwel taqsima.

Wara biss tlett minuti logħob Catanio ta’ Żejtun ttanta lil gowlkeeper ta’ Floriana Akpan, iżda l-ballun mar bi ftit barra. Wara minuta kien imiss lil Vieira ta’ Żejtun li daħal tajjeb fil-kaxxa iżda naqas milli jikkontrolla l-ballun. Wara disa’ minuti logħob freekick għal Żejtun mogħti minn Reid, iżda l-ebda problema għal Akpan.

Wara sbatax il-minuta logħob Vieira ta’ Żejtn għal darboħra jixxutja bil-ballun għal darboħra jmur barra. Wara għoxrin minuta logħob waslet l-ewwel karta safra għal Tabone ta’ Żejtun li għamel intervent irreglari fil-konfront ta’ Fonseca. Fit-tnejn u għoxrin minuta logħob, żewġ xuttiejiet min-naħa ta’ Żejtun, l-ewwel ikun Reid u Akpan itajjar il-ballun, liema ballun imur f’saqajn Tabone li jitfa’ xutt ieħor b’saħħtu iżda Akpan jerġa’ jilqa’ l-ballun.

Żejtun jibqgħu jinsistu permezz ta’ Vieira li jixxutja  u Akpan jikkontrolla. Fil-ħamsa u tletin minuta logħob Diego Venancio jingħata karta safra wara nuqqas ta’ ftehim mar-referee Darryl Agius. L-uniku azzjoni perikoluża min-naħa ta’ Floriana kien xutt fi tmiem l-ewwel taqsima, bil-ballun jaħbat mad-difensur ta’ Żejtun u jmur barra.

Fit-tieni taqsima Floriana joħorġu tajjeb ħafna b’Fonseca jingħata ballun fit-tul iżda l-gowlkeeper Cassar ta’ Żejtun irnexxielu jantiċipa lill-attakant ta’ Floriana.

Wara ħames minuti jerġgħu jkunu Żejtun permezz ta’ Barbosa da Silva li jitfa’ ballun tajjeb fin-nofs, iżda l-ebda attakant ma jieħu vantaġġ minn din l-azzjoni. Wara erba’ minuti freekick ta’ Vieira u Akpan jitfa barra u mill-azzjoni ta’ korner, Christian Grech jikkordina ruħu tajjeb u jixxutja, iżda Akpan jilqa’.

Wara sebgħin minuta logħob jidħol tajjeb Garcia ta’ Floriana iżda jitlef il-pussess tal-ballun fl-aħħar ftit. Wara erbgħa u sebghħin minuta logħob De Barros ta’ Żejtun jingħata l-karta s-safra wara li waqqaf b’mod irregolari l-ħarba ta’ Keqi u minuta wara, Floriana jagħmlu l-ewwel sostituzzjoni, hekk kif Ryan Camenzuli jieħu post Jan Busuttil.

Fl-84 minuta xutt b’saħħtu ferm ta’ Marcelo Dias li bi ftit imur barra. Wara ħamsa u tmenin minuta logħob joħroġ Barbosa da Silva ta’ Żejtun u jidħol jilgħab Jurgen Suda.   L-aħħar sostituzzjoni tal-partita tkun ta’ Żejtun hekk kif Adrian Caraboot jieħu post Catanio Douglas Washington.

BOV Plejer tal-Logħba: Etim Akpan  ta’ Floriana

Referee: Darryl Agius

Formazzjonijiet:

 Floriana:

Akpan Ini Etim(GK), Muhamadou Moustapha Beye, Ruiz Enzo(C), Venancio Diego,  Keqi Kristian, Paiber Brandon Diego, Garcia Matias Nicolas, Cini Alexander, Dias Marcelo Mariano, Busuttil Jan(30’ Ryan Camenzuli), Fonseca Tiago

Zejtun Corinthians:

Cassar Christian(GK), Moreira Lucas, Reid Kemar David, Bonfirm Thiago, Grech Christian, Barbosa da Silva Junior Sergio(85’ Jurgen Suda), Vieira Vitor, Catanio Douglas Washington(88’ Adrian Carabott), Edward Herrera, Tabone Neil(C), De Fex Rafael, De Barros Anderson

 

Miktub minn...
TVM Sport