Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Punt kull wieħed għal Gżira u Birkirkara

KAMPJONAT BOV PREMIER 2021/22

Gzira………….1

Birkirkara…..1

Punt kull wieħed bejn Gzira u Birkirkara biż=żewg timijiet ifallu bosta okkażjonijiet tul id-90 minuta.

L-ewwel azzjoni tal-partita tasal wara 10 minuti logħob meta pass bejn Nikolai Muscat u Jefferson de Assis rajna l-konkluzjoni ta’ Muscat minn barra l-kaxxa b’Fernandes isalva mingħajr ebda diffikultà.

Mas-27 minuta tasal ir-risposta ta’ Birkirkara, pass ta’ Mbong lejn Montebello li waħdu quddiem Curmi ra l-ballun jiġi parzjalment salvat.

Mal-34 minuta, Birkirkara imorru fil-vantaġġ. Cross ta’ Cain Attard, preċiz fuq saqajn Falcone li mill-viċin kompla l-ballun fix-xibka wara Curmi.

Biss, ftit gawdew il-vantaġġ il-Karkarizi, hekk kif 3 minuti wara pass, fit-tul u preċiz ta’ Steve Borg, ġab lil Yuri Messiah waħdu li kompla javvanza u min quddiem Fernandes kompla l-ballun fir-rokna tax-xibka.

Fit-43 minuta, Gżira viċin li jmorru fil-vantaġġ meta daqqa ta’ ras ta’ Maia, ballun jispiċċa għand De Assis li mill-viċin ikkonkluda għoli.

Fit-tieni taqsima, Birkirkara ħarġu immedjatament fuq l-attakk meta mal-50 minuta, xutt ta’ Montebello li salva Curmi.

Ħames minuti wara tasal ir-risposta ta Gzira meta jkun il-player Cain Attard li żamm lill-Karkariżi fil-logħba hekk kif qala’ l-ballun min fuq il-linja.

Fis-67 minuta, freekick li nkariġa minnu Aguirre bil ballun jaħbat mal-lasti u jiġi kklerjat mid-difiża ta’ Gżira.

Fis-70 minuta ċans għal Gzira, ballun għoli ta’ Nikolai Muscat fuq ras De Assis b’dan tal-aħħar jikkonkludi barra.

U fid-90 minuta tasal l-aħħar azzjoni tal-partita, freekick għal Gżira li nkariġa minnu Maia, iżda l-ballun jispiċċa barra.

Player ta Logħba: Enrico Pepe (Birkirkara)

Ref: Trustan Farrugia Cann

Gżira: 1 Curmi Anthony, 3 Bohrer Gabriel, 4 Borg Steve, 6 Muscat Nikolai, 7 Pisani Steven, 11 Messias Yuri, 20 Portelli Nevin, 91 Maia Maxuell, 93 Espindola Thiago, 94 De Assis Jefferson, 98 Mendoza Jackson

Birkirkara: 1 Fernandes Daniel, 5 Pepe Enrico, 7 Montebello Luke, 10 Mbong Paul, 11 Zammit Kurt, 20 Falcone Federico, 21 Scicluna Ryan, 22 Attard Cain, 25 Carniello Oscar, 27 Aguirre Leandro, 70 Macedo Jeferson

Miktub minn...
TVM Sport