Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Punt kull wieħed għal Sirens u Senglea

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

SIRENS……1

SENGLEA…1

Jingħata bidu għall-kampjonat premier bl-ewwel partita fl-istadium ċentinarju tkun dik bejn Sirens u it-team ta’ Senglea, logħba li rat liż-żewġ timijiet jieħdu punt kull wieħed.

Lewwel azzjoni tal partita tasal wara 13 il minuta logħob meta cross ta l-akkwist il gdid ta Senglea Marcelo Dias fejn bi ras mill vicin Texeira tefa il ballun barra.

Mas-27 minuta tasal ir-risposta ta’ Sirens meta freekick ta’ Angel Bustos bid-difensur ta’ Senglea Olberkis jikkontrolla ħażin japprofitta minn dan il-plejer Siraj Arab li mill-viċin ra x-xutt tiegħu jiġi mdawwar f’corner mill-gowler Matthew Farrugia.

35 minuta u Senglea ifallu ċ-ċans li jiksbu l-ewwel gowl tal-istaġun meta pass fit-tul ta’ Olberkis waħdu quddiem il-lasti Marukawa jitfa’ il-ballun barra.

40 minuta u Okoye ta’ Sirens inizzel ismu bħala l-ewwel plejer li sab ix-xibka dan l-istagun meta minn barra il-kaxxa u bi preċizjoni tefa’ il-ballun wara Cassar.

Fit-tieni taqsima l-ewwel azzjoni tasal wara biss 5 minuti meta azzjoni personali ta’ De Oliveira li baqa’ javvanza jitfa il-ballun lejn Cheveresan li waħdu quddiem il-lasta ra il-ballun jiġi salvat minn Farrugia.

Ma 77 minuta ir-referee Philip Farrugia jordna foul mill-hdax-il metru meta Ryan Grech waqqa’ lil Jan Tanti fejn inkariga minnu Texeira bill ballun jigi salvat mill goaler Cassar.

Ma 80 minuta Senglea kisbu il goal ta’ draw meta xutt ta Texeira bill ballun jigi devjat mid difensur ta Sirens Adrian Borg bill ballun jispicca fi xibka wara Cassar.

Ref: Philip Farrugia

BOV PLejer tal-Logħba: Sergio Rafael (Sirens)

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER  2019/20. Ħamrun Spartans……….1. Senglea Athletic………….0. Gowl ta’ Soufiane Lagzir kien biżżejjed sabiex Ħamrun Spartans jegħlbu lil Senglea Athletic bl-iskor ta’ 1-0 sabiex kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva. Wara…

Futbol lokali

KAMPJONAT GFA 2019/2020 Il-leaders tal-kampjonat Għawdxi Nadur Youngsters irkupraw mit-telfa li ġarrbu fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet u kisbu rebħa ta’ erbgħa b’wieħed kontra Għajnsielem. Nadur daħlu jistrieħu fil-vantaġġ b’gowl…

Futbol lokali

Il-Malta Football Association, illejla se tkun qed tiltaqa’ mal-klabbs tal-Kampjonat BOV Premier, biex tispjegalhom kif se taħdem is-sistema tat-tim Malti fil-kampjonat Taljan tal-Lega Pro minn staġun ieħor. TVM Sport jinsab…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 VALLETTA ……..1 BIRKIRKARA… 4 Valletta sfaw umiljati minn Birkirkara dan wara li fil-logħba prinċipali huma tilfu bl-iskor kbir ta’ 4-1. B’hekk Valletta fallew iċ-ċans li jitilgħu…

Aktar