Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Punt prezzjuż għal Senglea Athletic

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

Birkirkara….1

Senglea…….1

Birkirkara u Senglea ħadu punt kull wieħed f’partita li spiċċat fi draw ta 1-1. Żewġ gowls li ġew skurjati fl-ewwel taqsima.

B’Kara kienu ġejjin mir-rebħa mportanti kontra Floriana filwaqt li Senglea kienu ġejjin minn żewġt drawijiet kontra Sirens u Tarxien.

B’Kara fl-ewwel rawnd kienu tilfu kontra Senglea.

L-ewwel azzjoni tajba ta’ B’Kara waslet fis-26 minuta minn cross mogħti minn Cain Attard daqqa ta’ ras ta’ Falcone ballun li għadda fuq il-minduda

Man-nofs siegħa logħob B’kara fetħu l-iscore, corner minn Ntow lejn ic-centru jerġa jkun Falcone li għola tajjeb din id-darba preċiż, konklużjoni tiegħu u 9 gowl personali f’dan l-istaġun tefa wara Matthew Farrugia.

Senglea ġabu il-gowl ta draw fit-43 minuta pass lejn Zamble li ġie mwaqqa minn Hogg, ir-referee Grech ordna l-penalty li nkariga minnu Teixeira li dan mill-ħdax –il metru ma falliex

Fit-48 minuta B’Kara tellaw il-ballun b’Michael Mifsud xutt mid-distanza bid-difiża ta’ Senglea Dejan Debono jsalva gowl kważi ċert.

Mal-61 minuta xutt permezz ta’ Guillaumier għall-B’Kara ballun li għadda minn fuq il-lasti

Fil-81 minuta Senglea spiċċaw jilgħabu b’għaxar plejers meta Marcelo Dias tkeċċa fuq żewġt karti sofor

Mad-90 skorruti Olberkis fil-kaxxa deher mess il ballun b’idu biex ir-referee ordna il-penalty li nkariga minnu Falcone x-xutt tiegħu isalva tajjeb Matthew Farrugia biex mir-rebound ballun li spiċċa għand Prado xutt dijagonali ballun li spiċċa barra.

Referee: Emanuel Grech

BOV Player tal-Logħba: Wilfred Zamble Plejer ta Senglea A

BIRKIRKARA FC

A.Hogg, E.Pepe, M.Guillaumier, J.Bezzina, K. Zammit, Y.Yankam, R.Briffa, F.Falcone, C.Attard, R.Fenech (44’ M.Mifsud), I.Ntow

SENGLEA ATHLETIC FC

M.Farrugia, S.Olberkis, D. Debono, E.Sakyi, L.Grech (60’ J.Tanti), M.Micallef, J.Teixeira, S. Cipriott, W.Zamble, C.DoNascimento, M.Dias

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

L-Avukat Angelo Chetcuti huwa d-delegat tal-UEFA tal-ewwel leg tal-kwarti tal-finali tal-partita tal-lejla fi Franza bejn Lyon u Juventus. Chetcuti hu s-Segretarju Ġenerali tal-Malta Football Association u ilu fil-kariga mill-2016 b’deċiżjoni…

Futbol lokali

Ħdax -il player mill-Kampjonat BOV Premier ġew sospiżi logħba mill-kummissarju tad-dixxiplina tal-MFA wara l-logħbiet ta’ tmiem il-ġimgħa. Il-players li ġew sospiżi logħba huma dawn: Nenad Sljivic (Balzan) Matthew Guillaumier (Birkirkara) Enrico…

Futbol lokali

Futbol lokali: Dexter Xuereb huwa r-rebbieħ tal-unur tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Jannar 2020. Xuereb beda l-istaġun ma’ Mosta FC u lejn l-aħħar ta’ Jannar ingħaqad ma’ Gżira United. Anthony Scicluna…

Futbol lokali

MALTA MINI-FOOTBALL LEAGUE 2019/20 White Eagles komplew bil-mixja pożittiva tagħhom sa mill-bidu tal-istaġun meta rreġistraw is-seba’ rebħa konsekuttiva tal-Malta Mini-Football League li qed isir fil-grawnd tal-Marsa. Min-naħa l-oħra r-rivali tagħhom…

Aktar