Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Rebħa kbira ta’ ħames gowls għal Tarxien Rainbows

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21

Senglea……….0

Tarxien………5

Logħba faċli għat-team ta’ Tarxien li rathom jieħdu 3 punti ferm importanti u l-ewwel rebħa tal-istaġun għas-spejjeż ta’ Senglea bl-ewwel azzjoni tal-partita tasal mal-14-il minuta logħob meta freekick li nkariga minnu Jan Tanti iżda attent ikun Marcio li salva mingħajr diffikulta.

21 azzjoni personali ta’ Miranda la baqa’ javvanza u waħdu quddiem Farrugia ra x-xutt tiegħu jaħbat mal-lasta kif ukoll ma’ Farrugia b’dan tal-aħħar jirnexxielu isalva.

26 minuta ċans ieħor għal Tarxien meta x-xutt ta’ Jurgen Debono jaħbat mal-lasti bid-difiża ta’ Senglea twarrab il-periklu.

27 minuta ħarba ta’ Plut u waħdu quddiem Farrugia ra x-xutt tiegħu jaħbat mal-lasta.

30 minuta Tarxien imorru fil vantaġġ meta Brandon Muscat jgħaddi l-ballun lejn Plut li tefa’ l-ballun lejn Miranda bit-tentattiv ta’ Miranda jaħbat ma difensur ta’ Senglea Terzin bil-ballun jispiċċa fix-xibka wara Farrugia.

34 minuta freekick għal Senglea li nkariga minnu Kukic bil-ballun jaħbat mal-barriera u jispiċċa barra.

L-ewwel azzjoni tat-tieni taqasima tasal mas-47 minuta permezz ta’ Senglea meta x-xutt ta’ Gomes ikun Marcio li dawwar f’corner.

56 minuta freekick ieħor għal Senglea li nkariga minnu Jan Tanti bil-goalkeeper ta’ Tarxien Marcio għal darba oħra jdawwar f’corner.

67 Minuta Tarxien jirduppjaw meta penalty dubbjuz ra lil Senglea jispiċċaw jilagħbu b’10 players kif ukoll jispiċċaw żewg gowls min taħt wara li Conceicao tefa’ fix-xibka wara s-sostitut Dorian Bugeja.

Mat-80 minuta Tarxien jagħlqu l-logħba meta pass ta’ Vito Plut lejn Conceicao waħdu quddiem Dorian Bugeja tefa’ fix-xibka.

89 minuta Tarxien jagħmlu r-riżultat 4 goals distakk meta cross ta’ Muscat lejn Cedric Zahra li ra x-xutt tieghu jiġi devjat minn Alan Abela li spiċċa fix-xibka.

Mad-90 minuta Tarxien jagħmluhom 5 meta cross ta’ Muscat lejn Plut li nizzel il-ballun u waħdu quddiem Bugeja tefa fix-xibka.

Player tal-logħba: Da Silva Conceicao (Tarxien)

Referee: Slobodan Petrovic

Formazzjoni:

Senglea:

Matthew Farrugia, Nikola Terzin, Zachary Cassar, Alan Abela, Kevaughn Atkinson, Igor Misan, Jan Tanti, Carlos Luis Riascos, Zwivhuya Chris Matombo, Dejan Kukic, Wilkerson Gomes.

Tarxien:

Daniel Marcio Fernandes, Anderson Do Nacimento, Brandon Muscat, Matthew Spiteri, Vito Plut, Jurgen Debono, Vagner Conceicao, Eduardo Rosado Souza, Luke Sciberra, Karl Pulo, Misael Miranda Gomez.

Miktub minn...
TVM Sport