Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Rebħa komda għal Balzan

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

Balzan……….3

Tarxien……..0

Partita fejn l-aktar li spikkaw kienu Balzan fl-azzjonijiet perikolużi u minn naħa l-oħra l-isforzi ta’ Tarxien ma kinux biżżejjed.

Balzan marru fil-vantaġġ fit-3’ minuta Cross ta’ Correa Duarte lejn Steve Pisani b’xutt tiegħu kmieni fil-partita li tefa’ wara Rudy Briffa

Fit-12 –il minuta Cross ta’ Steve Pisani lejn Alfred Effiong li daħal tajjeb bix-xutt tiegħu jilqa’ għal darba darbtejn Rudy Briffa b’ċerta tattika

Baqgħu Balzan jafsu u fit-48 minuta rajna lil Effiong idur tajjeb mad-difiża bix-xutt tajjeb tiegħu ballun li mar ftit barra

Fit-57 minuta Azzjoni veloċi ta’ Adekoya personali bix-xutt tiegħu jaghmilhom 2-0

Fil-61 minuta azzjoni oħra perikoluża ta’ Balzan Cross Effiong, bil-GK ixellef għal darba oħra, tentattiv ta’ Balzan bid-difiża li taqla minn fuq il-linja

Biex fit-68’ minuta Cross ta’ Effiong biex fl-aħħar nett kien Adekoya b’xutt tiegħu pero sfortunat li ħabbatlu mal-lasta

Reazzjoni Tarxien fit-72 minuta Freekick tajjeb u Mambouana li ogħla tajjeb pero tilef dan iċ-ċans li jnaqqas id-distakk

Balzan issiġillaw ir-rebħa fis-76 minuta permezz ta’ Correa xutt b’saħħtu b’Rudy Briffa sfortunat għal ftit li ma salvax dak il-gowl

Fuq il-ħin rajna l-aħħar azzjoni minn Correa li għadda l-ballun lejn Luke Montebello b’xutt fil-baxx li għadda barra

Referee: Daniel Portelli

BOV Player tal-Logħba: Riccardo duarte Correa – plejers Balzan

BALZAN

K.NAUMOVSKI, A.LOOF, D.CAMILLERI, S.ADEKOYA, S.PISANI, P.FENECH, A.EFFIONG, I.BOZOVIC, S.DIMIC (S.ARAB 55’), R.CORREA DUARTE

TARXIEN

R.BRIFFA, M.BOTTA, T.VERONESE, D.MAMOUANA, G.CAMILLERI, A.ANDREJIC (L.BRINCAT 17’), S.SHABA, D.SANTOS, M.TABONE, M.CIANTAR, M.GOMEZ,

Miktub minn...
TVM Sport