Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Rebħa komda għall-Mosta fuq Tarxien fl-ewwel ħarġa tagħhom

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

TARXIEN RAINBOWS…..0

MOSTA FC…………………..4

Wara 6 minuti logħob ċans tajjeb għar-Rainbows li setgħu marru fil-vantaġġ, daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Aleksa Andrejic pero’ l-goalkeeper Andreas Vella jimblokka tajjeb. Fit- 18 –il minuta kross mil-lemin ta’ Thomas Veronese u daqqa ta’ ras ta’ Miranda Gomez spiċċat barra. Fit-33 minuta kross mil-lemin ta’ Dexter Xuereb u daqqa ta’ ras ta’ Nikita Kotlov tispiċċa barra. Tlett minuti wara ċans ieħor għall-Mosta, xutt angulat fil-baxx ta’ Edin Murga u goalkeeper Briffa imblokka b’saqgħajħ, pero’ fl-40 minuta Mosta marru fil-vantaġġ, il-kross mal-linja ta’ Matias Muchardi u s-soltu Tyrone Farrugia b’daqqa ta’ ras sammar il-ballun wara Rudy Briffa. Ftit qabel spiċċat l-ewwel taqsima, ċans ieħor għall-Mosta, ix-xutt ta’ Muchardi kien salvat b’diffikulta’ minn Briffa, il-ballun spiċċa għand Edin Murga li xxutja ftit għoli.

Mal-ftuħ ta’ tieni taqsima Tarxien ħarġu fuq l-attakk , wara biss minuta xutt angulat ta’ Daniel Zerafa ġie mblukkat minn Vella u Farrugia kklerja. Ftit wara Mosta wieġbu bi kross ta’ Edin Murga u minn taħt il-lasta Jonas Ekani tefa’ barra. Fis-56 minuta Mosta rduppjaw l-iskor meta Momodou Jallow tefa’ taħt il-lasta ta’ Briffa u mill-viċin Nikita Kotlov tefa’ ġewwa u tlett minuti wara Mosta reġgħu sabu x-xibka, meta Edin Murga baqa’ javvanza fuq ix-xellug u b’xutt fil-baxx għamel l-iskor 3-0. Mosta komplew jattakkaw u fis-67 minuta Kotlov kompla lejn Jallow pero’ dan minn taħt il-lasta avversarja naqas li jikkonkuldi għall ġewwa. Fit-80  minuta Mosta komplew iżidu l-iskor meta Kotlov komplew lejn Momodou Jallow u dan bil-kalma kolla tefa’ l-ballun wara Rudy Briffa.

Riżultat finali: Tarxien R. 0 – Mosta FC 4.

Referee : Darryl Aguis.

BOV Player tal-partita: Edin Murga (Mosta FC)

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena, tilef l-ewwel partita tiegħu minn Grupp 6 ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew kontra l-Italja bi skor ta’ 2-0. Il-partita ntlagħbet fi Stadio Misano Adriatico….

Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti llum telaq lejn Spanja. Malta tilgħab id-disa’ partita minn Grupp F ta’ Kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew 2020, il-Ġimgħa fl-istadium Ramón de Carranza, f’Cadiz. Il-partita tibda fid-8.45pm u tixxandar…

Futbol lokali

Futbol lokali: L-attakkant ta’ Gżira United Jefferson de Assis rebaħ l-unur tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Ottubru. De Assis irċieva t-trofew mingħand l-Uffiċjal Kap tal-Bank of Valletta Anthony Scicluna. Il-plejer għażel…

Aktar