Futbol internazzjonali
Kampjonat BOV Premier: Rebħa minima iżda importanti għal Floriana

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21

Floriana ……1

Senglea A….. 0

Floriana kisbu rebħa minima fuq Senglea Athletic b’gowl uniku skurjat kmieni fil-partita.

Din kienet logħba li ż-żewġ naħat riedu l-punti massimi minnha. Floriana tilfu tnejn mill-ewwel erbgħa logħbiet tagħhom bl-aħħar logħba tagħhom tkun telfa kontra Santa Lucia. Mill-banda l-oħra Senglea tilfu l-ewwel tlieta minn erbgħa logħbiet tagħhom.

Floriana marru fil-vantaġġ fid-9 minuta meta Tiago Fonseca sab ir-rokna tax-xibka b’xutt minn ġol-kaxxa.  Floriana komplew jiddominaw l-ewwel mumenti tal-partita fejn fis-sittax il-minuta free kick ta’ Venancio ħabat ma’ sieq il-lasta.

Senglea kienu viċin li jiksbu d-draw fit-33 minuta hekk kif minn cross ta’ Zachary Cassar minn fuq ix-xellug xutt mill-viċin ta’ Matombo falla l-mira għal ftit.

Fl-64 minuta xutt minn Atkinson għal Senglea għadda ftit barra. U ħames minuti wara free kick minn Venancio ġie miżmum b’faċilità mill-gowlkeeper ta’ Senglea Farrugia.

Ċans tajjeb ieħor għal fit-73 minuta meta Fonseca ġab lil Dias waħda iżda x-xutt finali tiegħu spiċċa fuq ix-xibka minn barra.

Tmien minuti minn tmiem il-partita xutt angolat ta’ Atkinson falla l-mira għal ftit. U ftit tal-ħin wara kien għal darb’oħra Atkinson li wara li dar mal-gowlkeeper indirizza l-konklużjoni fil-lasta iżda kien hemm Camenzuli li bir-ras ikklerja minn fuq il-linja biex evita gowl ċert.

BOV Player tal-Logħba:  Tiago Fonseca (Floriana)

Referee:   Ishmael Barbara

Formazzjonijiet:-

Floriana  – J. Spiteri, E. Ruiz, D. Venancio, N. Leone (M.Dias 64’), K. Keqi, B. Paiber, J. Pisani, A. Cini, F. Cheveresan (S. Arab 82’), R. Camenzuli, T. Fonseca

Senglea A.  –  M. Farrugia, N. Terzin, Z. Cassar, A. Abela, K. Atkinson, I. Mison, J. Tanti, L. Riascos  (F.Aboulezz 80’), C. Matombo, D. Kukic, W. Gomes (J. Attard 89’)

Miktub minn...
TVM Sport