Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Rebħa minima li xorta tfisser massimu tal-punti għall-Beltin

KAMPJONAT BOV PREMIER 2017/18

NAXXAR L……………..0

VALLETTA ……………1

Logħba ferm kwieta kif ukoll nieqsa minn azzjonijiet dik bejn Valletta u Naxxar liema logħba rat lit-team belti joħrog l-aħjar hekk kif irnexxielu jakkwista tlett punti importanti kif ukoll jibqa’ jzomm post fuq fil-klassifika.

L-ewwel azzjoni tal-partita tasal wara sitt minuti logħob meta freekick għal Naxxar li nkariga minnu Messias bix-xutt dirett tiegħu jsalva Bonello minghajr ebda’ diffikulta’.

Mat-tlieta u għoxrin minuta Valletta imorru fil-vantaġġ meta cross ta’ Pena Beltre ballun f’saqajn Malano li mill-viċin kompla il- ballun fix-xibka.

Wieħed u tletin minuta cross ta’ Alba lejn Deni b’dan ta l-aħħar waħdu quddiem il-gowler ta’ Naxxar Nicht naqas milli jolqot il- ballun.

Minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima ikun Moser li mpenja lil Bonello meta ppruva jqabbes il-ballun min nofs il-ground biss Bonello rnexxielu jsalva.

Tmiem l-ewwel taqsima Naxxar 0 Valletta 1.

It-tieni taqsima kienet waħda kwieta ferm tant li l-ewwel azzjoni tal-partita waslet mas-66 minuta meta cross ta’ Manolito Micallef jidħol tajjeb Moser li ra d-daqqa ta’ ras tiegħu tiġi parzjalment salvata minn Bonello bil-ballun jaħbat mal-lasti u jiġi ikklerjat.

Ħamsa u sebgħin minuta Valletta viċin li jkabbru l-vantaġġ meta pass ta’ Romao lejn Pena Beltre li tefa’ il-ballun lejn in-nofs bi daqqa ta’ ras ta’ Prosa tgħaddi ftit għoli.

Tmiem il-partita Naxxar 0 Valletta 1.

Plejer tal-logħba: Yuri de Jesus Messias (Naxxar). Referee: Philip Farrugia

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Telghu l-poloz tal-Ewwel Round ta’ Kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League u ċ-Champions Maltin Valletta telgħu biex jilgħabu kontra Kukesi tal-Albanija. Ir-rebbieħa tal-logħbiet jikkwalifikaw għat-tieni rawnd tal-UEFA Champions League filwaqt li t-telliefa…

Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt is-17-il sena se jkun qed jilgħab żewġ logħbiet ta’ ħbiberija kontra ż-żgħażagħ tal-klabb Taljan ta’ Frosinone waqt kamp ta’ taħriġli se jsir fl-Italja aktar tard…

Futbol lokali

Michael Mifsud huwa plejer ta’ Birkirkara FC. Jidher li Birkirkara laħqu ftehim mal-captain tat-tim nazzjonali Malti fl-aħħar jiem hekk kif sar jafu li l-plejer kien se jtemm l-avventura tiegħu minn…

Futbol lokali

Partita minn Grupp 6 ta’ taħt il-21 sena, ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej fl-Italja s-sena d-dieħla: Telfa ta’ 4-0 għal Malta kontra l-Iżvezja fis-Centenary Stadium f’Ta’ Qali. L-Iżvedizi ħadu biss 3…

Aktar