Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Rebħa mistħoqqa għal Senglea Athletic

KAMPJONAT BOV PREMIER 2017/18

Senglea Athletic….2

Lija Athletic ………0

Senglea rebħu d-dwell tal-Athletics meta għelbu lil Lija bl-iskor ta’ 2-0 sabiex kisbu l-ħames rebħa tagħhom staġjonali .

Senglea kienu favoriti illi jiksbu t-tliet punti minn dan il-konfront kontra tim illi kien jinsab f’qiegħ il-klassifika.

Iż-żewġ timijiet kellhom neqsin plejer kull wieħed minħabba sospensjoni hekk kif Ivan Paz ta’ Senglea u Ousmane Sidibe ta’ Lija kellhom jaraw din il-partita minn fost l-ispettaturi.

Fl-ewwel rawnd kienu Senglea li rebħu 3-2.

Kienu Senglea illi ħolqu l-ewwel azzjoni wara tnax –il minuta meta xutt tajjeb ta’ Gonzalo Virano sab lil Jonathan Martinelli attent hekk kif laqa’ l-ballun f’korner.

Seba’ minuti wara u reġgħu kienu t-tim mill-Kottonera illi heddew il-lasti ta’ Lija meta Peter Sammut irċieva tajjeb u b’xutt fil-baxx ra l-ballun għoddu jħakkek il-wieqfa.

Fil-25 minuta tasal l-ewwel azzjoni perikoluża ta’ Lija meta Raphael Kooh Sohna ħa l-ballun b’mod tajjeb mingħand difensur Senglean u b’xutt fil-baxx laqat il-lasta l-wieqfa.

Fis-27 minuta frikik ta’ Gonzalo Virano għal Senglea u reġa’ kien Martinelli li xeħet f’korner.

Iżda fil-35 minuta, ix-xorti daħket lill-midfielder Arġentin meta minn frikik perfett indirizzat lejn ir-rokna rnexxielu jiftaħ l-iskor favur Senglea.

Fl-40 minuta, Lija pprotestaw għall-penalty meta Kooh Sohna deher jaqa’ meta ssikkat minn Jonathan Bondin iżda r-referi ħalla l-logħob għaddej.

Tliet minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima, Senglea jibqgħu perikolużi u wara kross ta’ Vella kien Sammut illi xeħet il-ballun barra.

Bl-ewwel taqsima għalqet b’Senglea 1-0 minn fuq.

Daqqa ta’ ħarta għal Lija fil-50 minuta meta Patrick Borg tkeċċa wara li dabbar żewġ karti sofor.

Id-dwell bejn Virano u Martinelli ssokta u fil-51 minuta tal-ewwel ra l-frikik tiegħu imurlu ftit barra.

Fit-63 minuta ħarba tas-sostitut Caseres għal Senglea twaqqfet mill-gowlkiper Martinelli.

Fit-72 minuta, is-sostitut ta’ Lija Juan Campos ra x-xutt tiegħu jmurlu barra.

Fis-87 minuta, it-tim mill-Kottonera ssiġġillaw ir-rebħa meta wara azzjoni ta’ frikik kien Augusto Rene Caseres illi mill-viċin għeleb għat-tieni darba lil Martinelli.

B’din ir-rebħa Senglea komplew tbiegħdu aktar mir-relegazzjoni u jistgħu jħarsu b’mod pożittiv lejn il-kumplament tal-kampjonat.

 

Riżultat Finali: Senglea 2 Lija 0

BOV Plejer tal-Logħba kien Gonzalo Virano ta’ Senglea

Referi kien Malcolm Spiteri

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

UEFA EUROPA LEAGUE 2018/19 Gzira United……………. 0 Radnicki Nis …………… 1 (Aggregate 0-5) B’gowl fil-bidu tal-logħba Radnicki għelbu lil Gżira 1-0 biex għaddew b’aggregate ta’ 5-0. Il-loghba kienet waħda kwieta,…

Futbol lokali

“Din se tkun partita diffiċli għal Gżira iżda se nagħmlu l-almu tagħna.” Dan qalu l-kowċ ta’ Gzira United Darren Abdilla waqt il-konferenza tal-aħbarijiet li saret qabel il-logħba li Gzira United…

Futbol lokali

Iċ-champions Birkirkara ħadu b’self għal staġun lill-attakkanta internazzjonali ex-Hiberbians Ylenia Carabott. Rebbieħa ta’ disa’ awards għall-aqwa skorer, Ylenia hi meqjusa waħda mill-aħjar players li qatt ipproduċa l-football Malti tan-nisa: b’total…

Futbol lokali

Birkirkara akkwistaw barrani ieħor ġdid, l-attakkant internazzjonali Nikaragwen Carlos Chavarria b’kuntratt għal sena, u b’option għal staġun ieħor. Chavarria li għandu 24 sena lagħab mat-team nazzjonali tan-Nikaragwa kemm fil-livell ta’…

Aktar