Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Rebħa Mostija li tiswa mitqlu deheb

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/2020

Mosta………….1

Senglea A…….0

Mosta kisbu rebħa li tiswa mitqlu deheb meta għelbu lil Senglea Athletic bl-iskor ta’ 1-0.

Senglea mal-ewwel ħarġu fuq l-attakk u wara biss ftit sekondi Juninho Cabral irċieva through pass tajjeb u filwaqt li daħal fil-kaxxa inkredibbilment xeħet barra.

Fit-8 minuta xutt ta’ Teixeira għal Senglea sab lill-gowlkiper ta’ Mosta attent.

Fit-13-il minuta reġa’ kien Texeira li kkonnettja tajjeb kross mil-lemin iżda bir-ras il-ballun tiegħu jmur barra.

Fit-12-il minuta, frikik ta’ Takanori għal Mosta u Ebrima ra t-tentattiv tiegħu mill-viċin imur kemm kemm barra.

Man-nofs siegħa logħob kien hemm kross ta’ Muchardi u daqqa ta’ ras ta’ Zachary Brincat bil-ballun imur barra.

Fl-34 minuta azzjoni tajba ta’ Martinez għal Mosta mal-linja leminija li jqassam lil Zachary Brincat li x-xutt finali tiegħu ħabat mal-lasta.

Bl-ewwel taqsima tagħlaq fi dro ta’ 0-0.

Mosta fetħu bil-kbir it-tieni taqsima u marru fil-vantaġġ fis-46 minuta meta wara korner preċiż ta’ Martinez, kien Rafael Morisco li bir-ras xeħet il-ballun fir-rokna tax-xibka.

Fit-80 minuta frikik ta’ Yokochi Takanori għal Mosta għadda għoli mil-lasti Sengleani.

Mosta kienu ferm viċin li jirduppjaw l-iskor iżda kien il-gowlkiper Matthew Farrugia salva tajjeb xutt ta’ Zachary Brincat mill-viċin.

U jekk kien tajjeb il-gowlkiper Farrugia, daqstant ieħor kien tajjeb Nicky Vella li salva b’mod impekkabbli x-xutt minn barra l-kaxxa ta’ Theodoro Ricardo.

Minkejja kollox, kienu l-Mostin li ħadu tliet punti ferm importanti li jtellgħuhom f’post aktar aħjar fil-klassifika.

Skorja: Rafael Morisco 46 min (M)

Referì: Glen Tonna

Assistenti: Luke Portelli, Paul Apap

Imwissija: Sigitas Olbergis (S), Matthias Muchardi (M)

BOV Plejer tal-Logħba kien Rafael Morisco ta’ Mosta

Formazzjonijiet:

Mosta: Nicholas Vella, Santiago Martinez, Terence Agius, Takanori Yokochi, Rafael Morisco, Ebrima Sohna, Christian Chaney (Kyle Gatt 90 min), Tyrone Farrugia, James David Brown, Matias Muchardi, Zachary Brincat.

Senglea A: Matthew Farrugia, Connor Zammit, Sigitas Olberkis, Dejan Debono, Siraj Arab (Taisei Marukawa 68 min), Gonzalo Virano, Jose Teixeira, Jan Tanti (Jurgen Debono 53 min), Sean Cipriott (Ricardo Teodoro 53 min), Junior Cabral, Anderson do Nascimento.

 

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Il-Ġimgħa ttelgħu l-poloz tal-fażi tal-aħħar sittax tal-UEFA Europa League. Il-Poloz irriżultaw hekk: İstanbul Başakşehir (TUR) – Copenhagen (DEN) Olympiacos (GRE) – Wolves (ENG) Rangers (SCO) – Leverkusen (GER) Wolfsburg (GER)…

Futbol lokali

Fi tmiem il-ġimgħa jintlagħbu l-erba’ kwarti tal-finali tal-kompetizzjoni tal-FA Trophy ta’ dan l-istaġun 2019/20. F’Konferenza stampa organizzata mill-MFA tkellmu l-kowċis u l-uffiċjali tat-tmien teams li se jkunu nvoluti fl-erba’ logħbiet…

Futbol lokali

L-Avukat Angelo Chetcuti huwa d-delegat tal-UEFA tal-ewwel leg tal-kwarti tal-finali tal-partita tal-lejla fi Franza bejn Lyon u Juventus. Chetcuti hu s-Segretarju Ġenerali tal-Malta Football Association u ilu fil-kariga mill-2016 b’deċiżjoni…

Futbol lokali

Ħdax -il player mill-Kampjonat BOV Premier ġew sospiżi logħba mill-kummissarju tad-dixxiplina tal-MFA wara l-logħbiet ta’ tmiem il-ġimgħa. Il-players li ġew sospiżi logħba huma dawn: Nenad Sljivic (Balzan) Matthew Guillaumier (Birkirkara) Enrico…

Aktar