Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Rebħa tajba għal Ħamrun fuq Naxxar

KAMPJONAT BOV PREMIER 2017/18

Naxxar L…………1

Ħamrun S ………..4

Fit-22 jum tal-kampjonat Premier Hamrun S għelbu lil Naxxar L bl-iscore ta’ 2-1.  Tlett punti ferm mportanti għal-Ħamrun biex iżommu posthom fil-kampjonat Premier filwaqt li Naxxar komplew żiedu r-riskju li jiġu relegati. Għal Hamrun kien hemm nieqes Felipe De Castro filwaqt li għal Naxxar nieqes Daren Falzon – it-tnejn kienu sospiżi.

Fl-ewwel rawnd Hamrun kienu għelbu lil Naxxar 2-0.

2’ Fit-tieni minuta Hamrun fetħu l-iscore minn freekick mgħoti minn Espindola ikun Daniel Zerafa li ogħla tajjeb u b’daqqa ta’ ras għeleb lil Nicht.

8’ Fit-tmien minuta kellna azzjoni ta’ penalty għal Hamrun. Kien Lydon Micallef li deher ġie mwaqqa minn Ndoye biex mill-ħdax –il metru l-istess Micallef għamilhom 2-0.

11’ Ħamrun ma tantx damu jgawdu dan il-vantaġġ għaliex tlett minuti biss wara kellna freekick ta’ Naxxar li spiċċa għand Mark Fenech li b’daqqa ta’ ras għeleb lil Jake Galea.

29’ Kellna x-xutt b’saħħtu min-nofs ta’ Souza Da Silveira għal Hamrun li ħabat mal-minduda filwaqt li

34’ reġa kellna ċ-ċans għal Hamrun permezz tax-xutt minn qagħda pjuttost angolata u żbilanċjata ta’ Alex Nilson li spiċċa barra.

L-ewwel taqsima għalqet 2-1 favur Hamrun S

53’ Azzjoni ta’ Naxxar L x-xutt ta Santos Henriques tgħaddi minn fuq il-lasti ta’ Jake Grech.

57’ Kellna x-xutt ta’ Hamrun permezz ta’ Alex Nilson li għadda barra.

68’ Xutt ta’ Messias mid-distanza għal- Naxxar imur għoli

69’ Jibqaw Naxxar qabżu d-difiża bil-ballun li spiċċa f’sieq Duane Bonnici x-xutt tiegħu minn qagħda pjuttost ċentrali tmur f’corner.

71’ Kellna freekick dirett mogħti minn Messias li għadda ftit barra fuq il-minduda

89’ Cross ta’ Arthur Faria Machedo lejn Alex Nilson perfett li  minn taħt il-lasti kkonkluda mill-viċin u għeleb lil Nicht.

90’ Crosss ta’ Espindola lejn in-nofs ix-xutt minn l-ewwel ta’ Zaccardo jaghmilhom 4-1.

Partita kkontrollata minn Malcolm Spiteri.

BOV plejer tal-logħba Lydon Micallef pleyer ta’ Hamrun Spartans.

 

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Telghu l-poloz tal-Ewwel Round ta’ Kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League u ċ-Champions Maltin Valletta telgħu biex jilgħabu kontra Kukesi tal-Albanija. Ir-rebbieħa tal-logħbiet jikkwalifikaw għat-tieni rawnd tal-UEFA Champions League filwaqt li t-telliefa…

Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt is-17-il sena se jkun qed jilgħab żewġ logħbiet ta’ ħbiberija kontra ż-żgħażagħ tal-klabb Taljan ta’ Frosinone waqt kamp ta’ taħriġli se jsir fl-Italja aktar tard…

Futbol lokali

Michael Mifsud huwa plejer ta’ Birkirkara FC. Jidher li Birkirkara laħqu ftehim mal-captain tat-tim nazzjonali Malti fl-aħħar jiem hekk kif sar jafu li l-plejer kien se jtemm l-avventura tiegħu minn…

Aktar