Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Rebħa tajba għall-Mostin

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19

Mosta…..3

Tarxien….1

Mosta kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva fil-kampjonat meta għelbu lil Tarxien Rainbows bl-iskor ta’ 3-1. Għal dawn tal-aħħar din kienet it-tieni telfa fil-kampjonat.

Kienu Tarxien li ħolqu l-ewwel ċans tal-partita fir-raba’ minuta meta rovexxjata ta’ Ricardo Faria għaddiet kemm kemm barra.

Ir-Rainbows bdew ikunu l-aħjar u fis-16-il minuta xutt imkaxkar ta’ Nilsson ħabat mal-wieqfa.

Iżda litteralment kontra x-xejra tal-logħob, kienu Mosta li marru fil-vantaġġ meta kien Miranda Gomez illi sab il-ballun ma’ saqajh u b’xutt b’saħħtu għeleb lil Andrea Cassar.

Fl-44 minuta kien Andrea Cassar li tar minn tulu sabiex salva għall-korner xutt b’saħħtu minn barra l-kaxxa ta’ Hirose.

Mill-korner li segwa kien Tyrone Farrugia li mill-viċin tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka sabiex għamilhom 2-0.

Iżda ħames sekondi minn tmiem l-ewwel taqsima kien Michele Paolucci għal Tarxien li naqqas il-marġni tal-iskor meta b’xutt b’saħħtu għeleb lil Vella sabiex l-ewwel taqsima għalqet b’Mosta 2-1 minn fuq.

Mosta prattikament issiġillaw ir-riżultat meta skorjaw it-tielet gowl tagħhom fil-51 minuta meta kien Miranda li għadda ballun tajjeb lil James Brincat li mill-viċin xeħet wara Cassar.

Riżultat finali: Mosta 3 Tarxien 1

BOV Plejer tal-logħba kien Kei Hirose ta’ Mosta.

Referi kien Stefan Pace.

 

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Futbol lokali: Mill-Kampjonat BOV Premier żewġ Clubs St Andrews u Qormi rreġistraw protest kontra Floriana u Birkirkara rispettivament wara l-logħbiet ta’ tmiem il-ġimgħa. Kemm St. Andrews kif ukoll Qormi qed…

Futbol lokali

Jurgen Balzan rebaħ il-kategorija ta’ taħt id-19 -il sena tal-Major Tournament ta’ Milan f-Italja. Balzan rebaħ il-finali kontra l-plejer Franċiż Theo Modeste bl-iskor ta’ 1-0. Fil-kategorija Open ħadu sehem Massimo…

Futbol lokali

Football lokali: Fl-Okażjoni tal-128 sena mit-twaqqif tal-Club tal-Football ta’ St Georgess il-Kumitat preżenti ħaseb biex jfakkar din is-sena bil-kxief ta’ plakka kommemorattiva. Fi ħdan il-Club ta’ St Georges għad hemm…

Futbol lokali

GFA BOV GFL l-1 Diviżjoni SK Victoria Wanderers – Gharb Rangers FC 1-0 78’ (1-0) penalty Predrag Dordevic Kercem Ajax FC – Xewkija Tigers FC 1-1 6’ (1-0) Felipe Augusto…

Aktar