Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Rebħa tennistika għall-Maroons

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21

Gżira United ………….6

Mosta……………………1

Wara r-rebħa tat-tim nazzjonali kontra l-Latvja rritorna l-Kampjonat BOV Premier hekk kif Gżira kisbu rebħa faċli kontra Mosta bl-iskor ta’ 6-1. Din kienet it-tieni rebħa konsekuttiva għall-Maroons u l-ewwel telfa għal Mosta wara rebħa u żewġ draws.

Għal din il-logħba Mosta milquta minn nuqqas ta’ players minħabba l-Covid-19 fejn fuq il-bank kellhom biss erba’ players.

Gżira fetħu l-iskor wara disa’ minuti meta fuq cross ta’ Sacha Borg kien Amadou Samb li wara li niżżel b’sidru spara fix-xibka. Iżda Mosta kisbu draw ftit sekondi wara meta Spiteri qassam lejn Yokochi fejn dan tal-aħħar b’xutt minn nofs il-kaxxa għeleb lil Curmi.

Fis-17 il-minuta Gżira mill-ġdid fil-vantaġġ meta Hamed Kone kkonkluda u għeleb lil Spiteri. U erba’ minuti wara Gżira żiedu l-vantaġġ din id-darba kien Ricardo Correa Duarte li approfitta minn clearance qasira tad-difiża Mostija u b’xutt minn tarf il-kaxxa sab ix-xibka.

U minuta minn tmiem it-taqsima wasal ukoll ir-raba’ gowl tal-Maroons u t-tieni gowl personali għal Amadou Samb li kkonkluda azzjoni ta’ corner b’daqqa ta’ ras minn quddiem il-lasta.

Fit-tieni taqsima Gżira komplew jiddominaw biex fis-66 minuta huma skurjaw il-ħames gowl b’gowl stupend minn Jefferson De Assis.

Ħdax il-minuta mit-tmiem wasal is-sitt gowl għall-Maroons meta wara li Braunovic waqqa lil Mendoza fil-kaxxa mill-ħdax il-metru kien Andrew Cohen li kkonverta.

BOV Player tal-Logħba: Jefferson de Assis (Gżira United)

Referee:  Fyodor Zammit

Formazzjonijiet:-

Gżira United  – A. Curmi, G. Mentz Bohrer, S. Borg, N. Muscat (N. Portelli 67’), M. Davis (C. Borg 14’), H. Kone (A. Cohen 74’), J. Mendoza, R. Correa Duarte, S. Borg, A. Samb (D. Xuereb 67’), J. De Assis (O.Elouni 74’)

Mosta – A. Spiteri, L. Formosa (F. Hounkpe 46’), N. Braunovic, J. De Sousa Ferreira, J. Bezzina, M. Attard (O. Sammut 67’), T. Yokochi, M. Muchardi, K. Tulimieri (L. Vella 74’), J. Rodriguez Ekani, A. Spiteri

Miktub minn...
TVM Sport