Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Senglea jkomplu jikkonvinċu; Sliema jkomplu jiddiżappuntaw

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20.

SENGLEA A……………………2

SLIEMA Wds………………….0

Senglea kienu ġejjin minn dro ta’ mingħajr gowls kontra St.Lucia filwaqt li s-Slimiżi kienu ġejjin minn telfa ta’ 1-0 kontra Sirens.

Wara biss 3 minuti logħob, il-kross ta’ Monalito Micallef u daqqa ta’ ras ta’ Taisei Marukawa tgħaddi ftit barra mil-lasti ta’ Galea.

Żewġ minuti wara azzjoni Slimiża fejn Jonathan Pearson minn pożizzjoni tajba xxutja barra.

Fit- 30 minuta wara azzjoni ta’ korner għal Senglea, xuttijiet ta’ Dejan Debono u Monalito Micallef ġew imblukkati mid-difiża Slimiża.

Sitt minuti wara xutt ta’ Juri Cisotti spiċċa barra u minuta qabel il-half-time xutt insidjuż ta’ Alexander Satariano ġie mxellef f’korner mid-difiża Sengleana.

Mal-ftuħ tat-tieni taqsima Sliema marru fuq l-attakk u xutt ta’ Juri Cisotti għadda barra.

Fis -60 minuta Sliema sfaw b’10 players meta referee Johnson keċċa lil Diaz Carvajal wara li ntwera t-tieni karta safra.

Tliet minuti wara Senglea marru fil vantaġġ, il-kross mix-xellug ta’ Marukawa, għola tajjeb Wilfred Zamble u b’daqqa ta’ ras għeleb lil Galea mill-viċin.

Fit -73 minuta xutt tajjeb ta’ Gonzalo Virano għadda ftit għoli mil-lasta Slimiża.

Fis -77 minuta Senglea għamlu l-skor 2-0, il-ġirja mal-linja tas-sostitut Jan Tanti, jidħol fuq il-ballun Taisei Marukawa li minn taħt il-lasta Slimiża ma falliex, fost il-ferħ tal- partitarji tal-Isla u diżappunt għall-partitarji Slimiżi.

Referee – Alex Johnson.

BOV Player tal- partita- Taisei Marukawa (Senglea At.)

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Futbol lokali: It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena llum telaq lejn l-Italja għall-partiti mill-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonat Ewropew ta’ din il-kategorija. Il-kowċ nazzjonali Winston Muscat għażel skwadra ta’ 20…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Floriana………..2 Hibernians…….2 Floriana jtemmu f’parita’ ta’ 2-2 kontra l-Hibernians, biex jibqgħu l-unika tim bla telfa fil-kampjonat wara 10 partiti. Partita’ li kien kumbattuta u bbilanċjata ferm,…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Gżira Utd……0 Sirens………..1 Tkompli għaddejja l-wirja pozittiva ta’ Sirens ħekk kif għelbu lil Gżira 1-0. L-ewwel azzjoni tal-partita tasal wara 6 minuti logħob meta outball li…

Futbol lokali

MAFA KAMPJONAT TAT-TIENI DIVIŻJONI 2019/2020 Gowl uniku ta’ Jamie Bowlby-Whiting kien biżżejjed sabiex San Ġiljan Saints ikomplu bir-rekord perfett tagħhom fil-kampjonat tat-tieni diviżjoni wara rebħa fuq Mosta Vikings. Is-Saints qed…

Aktar