Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Sirens jirbħu b’gowl uniku partita li fiha tkeċċew erba’ plejers

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21

SENGLEA  ATH………….0

SIRENS FC ………………..1

Wara 5 minuti logħob xutt minn barra l-kaxxa ta’ Rapheal Dos Santos għadda ftit il-bogħod mil-lasta ta’ Farrugia.

Fit 18 –il minuta xutt fil-baxx ta’ Junior Dibola kien devjat f’korner mid-difiża ta’ Sirens.

Fis-37 minuta free-kick għall Sirens li ngħata minn Hamed Kone bil-ballun jaħbat mal-lasta ta’Isla u spiċċa barra.

Żewġ minuti wara free-kick ieħor ta’ Kone għadda ftit għoli mil-lasti ta’ Farrugia.

Fit-52 minuta korner għall Sirens li ngħata minn Hamed Kone qajjem taħwida taħt il-lasti ta’ Senglea u finalment kien Andre Scicluna li ikklerja minn fuq il-linja.

Fil-61 minuta Sirens marru fil-vantagg, korner li ngħata mis-solitu Hamed Kone, għola tajjeb Angel Manuel Bostos u b’daqqa ta’ ras għeleb lil Farrugia.

Fil-65 minuta Sirens sfaw b’għaxar t’plejers wara li tkeċċa Ryan Scicluna għat-tieni karta safra.

Fit-80 minuta Sirens komplew il-partita b’disa t’plejers wara li tkeċċa Angel Manuel Bostos għall karta ħamra diretta.

Seba minuti wara Senglea ukoll bi plejer inqas wara li tkeċċa Andre Scicluna wara li intwera it-tieni karta safra u fil-hin mizjud tkeċċa ukoll Luis Carlos Riacos ghat-tieni karka safra.

Referee : Andrea Sciriha.

BOV Plejer tal-partita. : Hamed Kone ( Sirens FC ).

Formazzjonijiet.

Senglea Athletic.

M.Farrugia, Z.Cassar, A.Abela, F.Gnindokponou, D.Fava, J.Tanti, L.C.Riascos, A.Scicluna, J.Dibola, D.Xuereb(L.Brinat 84’), W.Gomes ( D.Abela 79’).

Sirens FC.

D.Cassar, R.Dos Anjos, T.Jammeh ( R.Grech 66’), H.Kone ( T.Agius 71’), W.Domoraud, J.Walker, A.Borg, S.Tounkara( L.Grech 81’), R.Scicluna, A.M.Bustos, T.E.Callegari.

Miktub minn...
TVM Sport