Futbol lokali
Sirens jirritornaw għar-rebħ, Sliema jsofru it-tielet telfa konsekuttiva

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/2021

Sliema Wanderers ……..1

Sirens………………………..3

Sirens jirritornaw għar-rebħ kontra Sliema W fl-Istadium Nazzjonali f’Ta Qali bl-iskor ta’ 3-0 filwaqt li għal Sliema din tkun it-tielet telfa konsekuttiva.

Fit-tmien minuta l-ewwel azzjoni ta’ Sliema pass ta’ Cisotti lejn Gilmar b’xutt li mar barra.

Sirens fetħu l-iskor fl-20 minuta xutt li ħabat mal-wieqfa u mir-rebound ballun li wasal f’sieq Bittaye li mill-viċin il-lasti ma falliex. Biex fit-33 minuta reġgħu kienu Sirens li approfittaw b’xutt mid-distanza ta’ Tounkara ċentrali spiċċa f’id il-goalkeeper ta’ Sliema Jake Galea.

Fis-36 minuta xutt minn barra l-kaxxa ta’ Domoraud li mar barra. Ftit qabel il-mistrieħ Sirens jagħmluhom 2-0 meta kien Bittaye li deher jiġi mwaqqa’ mid-difiża ta’ Sliema li mill-ħdax – il metru kien Wilfried Domoraud li tefa’ fix-xibka.

L-ewwel taqsima tagħlaq 2-0 favur Sirens

Sirens għamluhom tlieta fis-68 minuta. Xutt minn barra l-kaxxa tas-sostitut Hamed Kone li ħabat mal-mimduda biex mir-rebound xutt ieħor b’saħħtu ta Wilfried Domoraud u doppjetta personali. Fil-71 minuta Sliema spiċċaw jilagħbu b’10 plejers meta fi spazju ta ftit sekondi kien l-Ukren Ruslan Kisil li qala żewġt karti sofor b’riżultat ta’ kamra ħamra u tkeċċija.

Sliema naqqsu liskor fis-87 minuta pass lejn Comvalius xutt dijagonali minn ġol-kaxxa li ma falliex.

Riżultat finali: Sliema 1 Sirens 3

Referee: Daniel Portelli

BOV Player tal-Logħba: Wilfried Domoraud – plejer ta’ Sirens

Formazzjonijiet:

Sliema Wanderers: Galea. J, Shaw. K, Milesi.A (Engerer 86’), Da Silva. R, Cisotti (Aguis 76’). Kisil.R, Aquilina. G Linton.B, Farrugia.J, Beerman. M, Vukovic.

Sirens: Cassar.D, Bittaye.L (Schembri 90), Domoraud.W, Callegari. T, Borg.A, Walker.J, Tounkara.S, Scicluna.R, Aguis.T (Grech R 77), Bustos.A, Jammeh.T (Pearson 90’),

 

 

 

 

 

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkummenta l-logħob tal-Kampjonat Premier. Jippreżenta l-programm 'Wara d-90Minuta' fuq Radju Malta 2'