Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Sirens jirritornaw għar-rebħ

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

SIRENS FC……..2.

MOSTA FC…….0.

Fil-11-il minuta pass tajjeb ta’ Lucas Memezes lil Flavio Cheversan li baqa’ javvanza pero xutt finali tiegħu gie imdawwar f’korner minn Vella.

Fis 27 minuta , attakk ieħor ta’ Sirens, kross mix-xellug il-goalkeeper Vella ħareġ jippancja il-ballun ġie għand Emmanuel Okoye li pero ixxutja barra.

Fit-33 minuta xutt mid-distanza ta’ Christian Chaney spiċċa barra mil-lasti ta’ Cassar.

Fl-40 minuta reġa’ kien Flavio Cheversan li ġie waħdu quddiem Vella, pero goalkeeper Mosti imblokkat tajjeb.

Wara 5 minuti mill-ftuħ ta’ tieni taqsima Sirens fetħu l-iskor, kross mil-lemin id-difiża ta’ Mosta ma tikklerjax daħal Ricardo Silva Faria u b’daqqa ta’ ras tefa’ il-ballun fix-xibka.

Fil 61-minuta Weverton Gomes kompla lejn Christ Ememe pero xutt ċentrali ta’ dan spiċċa għoli.

Fis 70 minuta, Cheversan għadda lejn Okoye dan kompla lejn Memezes iżda xutt fil-baxx ta’ dan għadda ftit barra.

Ħames minuti wara Sirens irduppjaw meta Gheversan qassam lejn Ricardo Silva Faria u dan b’xutt fil-baxx għeleb lil Vella, u żewġ minuti wara Mosta sfaw b’għaxar t’plejers meta tkeċċa Gabriel Aquilina għat-tieni karta safra.Minuta mit-tmiem xutt minn taħt il-lasta ta’ Christian Chaney spiċċa għoli.

Referee : Fyodor Zammit.

BOV Plejer tal- partita : Ricardo Silva Faria ( Sirens FC).

Sirens FC.

D.Cassar, R.Grech, R.Dos Anjos, E.Okoye, R.S.Faria, E.Herrera, R.L.Mememez, A.I.Abdullahi, F.S.Cheversan, R.Romeu, T.Espindola.

Mosta FC.

A.Vella, G.P.LSoares, G.Aquilina, W.Gomes, E.Sohna, C.E.Chaney, T.Farrugia, D.J.Brown, M.Muchardi, Z.Brincat, C.E.Ememe.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Sitt gowls ta’ Zvezdan Vukovic għenu lil White Eagles jirbħu s-Super Cup  organizzata mill-Malta MiniFootball Association meta fil-grawnd tal-Marsa huma għelbu lil United Stars bl-iskor ta’ 10-7. Din kienet l-aħħar…

Futbol lokali

Il-plejer internazzjonali ta’ Malta tat-tim tan-nisa Emma Louise Lipman ingħaqdet mal-klabb Taljan ta’ Lazio. Lipman iffirmat kuntratt ta’ sena, b’opzjoni li jiġġġedded. Lipman twieldet fl-Ingilterra iżda għanda dixxendenza Maltija u…

Futbol lokali

L-ex plejer ta’ Hamrun Spartans, il-Brażiljan Leandro Motta, se jkun qed jilgħab fil-flokk ta’ Santa Lucia mill-istaġun li ġej. Motta kien lagħab ma’ Hamrun Spartans taħt it-tmexxija tal-kowċ Jacques Scerri….

Futbol lokali

L-ex plejer ta’ Hibernians, Sliema Wanderers u Gudja Utd, Jackson Lima sar plejer tal-klabb tal-Ewwel Diviżjoni Marsa. Il-midfielder Brażiljan, fl-istaġun li għadda lagħab f’Għawdex ma’ Xewkija Tigers FC. Lima ta’…

Aktar