Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Sitt plejers sospiżi partita

Sitt plejers u żewġ uffiċjali ġew sospiżi partita jew partiti mill-Kampjonat BOV Premier.

Il-plejers sospiżi, partita waħda kollha, huma: Oscar Carniello ta’ Birkirkara, Karl Micallef ta’ Hamrun Spartans, Clayton Failla u Kevin Tulimieri ta’ Mosta, Dion Fava ta’ Senglea Athletic u Alessandro Milesi ta’ Sliema Wanderers.

Il-kowċ ta’ Sliema, Andrea Pisanu ġie sospiż partita mentri t-Team Manager ta’ Valletta, Gerard Ellul ġie sospiż erba’ partiti.

Miktub minn...
TVM Sport